Join Us On:

News Archive

MAWRA OĦRA GĦALL-ASTRA FOLK GROUP

Il-Grupp Folkloristiku Astra, jirrappreżenta lill-gżejjer Maltin, f’festival internazzjonali, f’Lulju fl-Ingilterra: Billingham International Folklore Festival, bħala grupp mill-Mediterran. Fil-fatt ser ikun l-ewwel Grupp Folkloristiku Malti li ser jieħu sehem f’dan il-festival internazzjonali li ilu jsir għal dawn l-aħħar 44 sena. Il-grupp…

Continue reading

ŻEWĠ SERVIZZI OĦRA FIN-NADUR

Tul din il-ġimgħa, il-banda dekana kompliet iżżid mal-lista twila ta’ servizzi li kellha tul din is-sena, b’żewġ servizzi oħra fil-festa ta’ San Pietru u San Pawl iċċelebrata fir-raħal tan-Nadur. Fil-fatt il-banda ‘La Stella’ ġiet mistiedna mill-Għaqda Filarmonika Mnarja tan-Nadur biex…

Continue reading

MRO JOSEPH VELLA IN LUCCA

As part of the celebrations being held in Lucca, Italy, to mark the 150th Anniversary from the birth of its most famous son, Giacomo Puccini, this year the Conservatorio Luigi Boccherini of Lucca, amongst other activities, is organizing a number…

Continue reading

IS-SURMAST VELLA F’LUCCA, L-ITALJA

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet f’għeluq il-150 sena mit-twelid tal-kompożitur Giacomo Puccini, il-Konservatorju Luigi Boccherini ta’ Lucca fl-Italja fost numru ta’ attivitajiet, organizza numru ta’ laqgħat ma’ kompożituri kontemporanji. Proprju ġimgħatejn ilu, eżattament nhar l-10 ta’ Ġunju, il-mistiedna speċali ta’ dan il-konservatorju…

Continue reading

IL-BANDA ‘LA STELLA’ FIX-XEWKIJA

Fl-okkażjoni tal-festa ad unur San Ġwann il-Battista, il-banda ċittadina u dekana ‘La Stella’, nhar is-Sibt 21 ta’ Ġunju ħadet sehem fil-marċ popolari ta’ lejlet il-festa fir-raħal tax-Xewkija. Il-marċ beda fit-tarf ta’ Triq il-Mitħna, għadda lejn Triq Santa Katerina, minn quddiem…

Continue reading

IĊĊELEBRAT JUM IL-BELT VICTORIA 2008

Nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Ġunju, f’beltna ġie ċċelebrat ‘Jum il-Belt Victoria’ u għall-okkażjoni l-kunsill lokali ta’ din il-belt stieden lill-banda ċittadina u dekana ‘La Stella’ biex tagħmel marċ brijuż madwar it-toroq tal-‘housing estate’ taċ-Ċawla. F’din l-istess żona ġie inawgurat xogħol…

Continue reading

WIRJA TAJBA MIŻ-ŻGĦAŻAGĦ TAGĦNA

Il-bieraħ, bħala parti mill-ħdax-il edizzjoni tal-Victoria International Arts Festival kien imiss il-‘La Stella Clarinet Ensemble’ iffurmata minn erba’ klarinettisti tal-banda tagħna li taw kunċert mill-isbaħ fl-Aula Mgr Giuseppe Farrugia, fil-bażilika ta’ San Ġorġ. Għal dan il-kunċert li għalih kien hemm…

Continue reading

IKOMPLI L-VICTORIA INTERNATIONAL ARTS FESTIVAL

Wara l-ftuħ eċċezzjonali tal-ħdax-il edizzjoni tal-festival nhar it-8 ta’ Ġunju mill-kor ta’ St Mary’s College, f’dawn l-aħħar għaxart ijiem kellna xejn inqas minn ħames kunċerti oħra. F’dawn il-kunċerti kellna mistiedna minn pajjiżna l-‘Euphoric Brass Quartet’ li taw kunċert mill-isbaħ fi…

Continue reading

AMEDEO MINGHI FIT-TEATRU ASTRA F’NOVEMBRU

Is-Soċjetà Filarmonika “La Stella” bi pjaċir tħabbar il-Kunċert ta’ Amedeo Minghi ġewwa t-Teatru Astra nhar is-Sibt l-1 ta’ Novembru 2008. Dan tħabbar waqt konferenza għall-istampa mill-amministrazzjoni tas-Soċjetà Filarmonika “La Stella” u tat-Teatru Astra, dalgħodu ġewwa l-lukanda ‘Corinthia Palace’ f’Ħ’Attard. Kif…

Continue reading

IRREKORDJATI L-MARĊI BRIJUŻI

Kif semmejna, fil-jiem li għaddew fuq dan is-sit, il-bieraħ il-banda ċittadina u dekana ‘La Stella’ irrekordjat is-sett ġdid ta’ marċi brijużi għall-festa ta’ San Ġorġ Martri li ser tiġi ċċelebrata fit-tielet ġimgħa ta’ Lulju. Dan kien it-tielet recording li l-banda…

Continue reading

GĦADA JIĠU RREKORDJATI L-MARĊI TAL-FESTA

Għada l-Ħadd, l-ewwel ta’ Ġunju, il-banda ċittadina u dekana ser terġa’ tkun impenajta din id-darba bir-rekording tas-sett ġdid ta’ marċi brijużi għall-festa ta’ San Ġorġ 2008. Dan ser ikun it-tielet CD irrekordjat f’din is-sena, wara s-sett ta’ marċi funebri li…

Continue reading

IL-BANDA ĊITTADINA ‘LA STELLA’ FIL-MUNXAR

Il-bieraħ fetaħ l-istaġun tal-festi ġewwa Għawdex bil-festa ad unur San Pawl fir-raħal tal-Munxar. Hekk kif bdew il-festi f’Għawdex, nagħta bidu wkoll għal sensiela ta’ impenji għall-banda ċittadina u dekana ‘La Stella’ – banda li għal darb’oħra ġiet mistiedna biex tieħu…

Continue reading

XBIEHA ILLUMINATA TA’ SAN ĠORĠ FUQ GELMUS

Din is-sena, grupp ta’ żgħażagħ Ġorġjani fi ħdan l-Għaqda tan-Nar tal-festa ta’ San Ġorġ, qed jieħdu ħsieb li jżanżnu opra kompletament ġdida li qatt ma dehret fil-festi titulari li jiġu ċċelebrati fil-parroċċi tal-gżejjer tagħna. Din l-opra tikkonsisti fi xbieha artistika…

Continue reading

BBQ KBIR FI PJAZZA SAN ĠORĠ

Nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Mejju, fit-8.00pm ser jiġi organizzat Barbeque kbir fi Pjazza San Ġorġ. Dan il-bbq qed jiġi organizzat mill-Għaqda tan-Nar, b’risq il-festa, li aktar ma jgħaddu ġranet aktar qed tkompli toqrob. Fil-fatt tmien ġimgħat oħra nkunu fil-ġimgħa tal-festa.…

Continue reading

ILLUM JIXXANDAR ‘XARABANK’ MIT-TEATRU ASTRA!

Wara li nhar il-Ħamis 8 ta’ Mejju filgħaxija ġie rrekordjat il-programm popolari ‘Xarabank’ għall-ewwel darba mit-Teatru Astra, dan il-programm ser jixxandar bħal dejjem fuq l-istazzjon TVM, illejla wara l-aħbarijiet tat-8.00pm. Il-programm tant segwit ta’ qabel il-Eurovision Song Contest qed jixxandar…

Continue reading

L-EWWEL ĦAMIS TA’ SAN ĠORĠ

Illum , nistgħu ngħidu li bdiet uffiċjalment il-preparazzjoni lejn il-festa tal-patrun tagħna San Ġorġ. Illum il-Ħamis 15 ta’ Mejju 2008 huwa l-ewwel Ħamis minn disgħa li ser iwassluna għall-festa l-kbira ta’ Lulju f’ġieh il-Patrun u l-Protettur ta’ l-Għawdxin San Ġorġ…

Continue reading

IRREKORDJATI L-INNIJIET TA’ SAN PAWL

Fuq inizzjattiva tal-Parroċċa ta’ San Pawl fil-Munxar u tal-kappillan il-Kan. Tonio Galea, il-bieraħ il-banda ċittadina u dekana ‘La Stella’ irrekordjat erba’ innijiet tal-patrun ta’ dan ir-raħal. Peress li din hija sena speċjali għall-Pawlini, ġie deċiż li għall-ewwel darba jiġu rrekordjati…

Continue reading

MARISA D’AMATO FIT-TEATRU ASTRA

Nhar is-Sibt li għadda, għal darb’oħra l-foyer tat-Teatru Astra kien ippakkjat bin-nies li attendew għal ‘Country Night’ organizzata mis-Soċjetà Filarmonika ‘La Stella’. Għal din il-‘country night’ kellna bħala mistiedna kantanta li isimha huwa sinonimu mal-mużika country, Marisa D’Amato. Din kienet…

Continue reading

ŻJARA MILL-AMBAXXATRIĊI AWSTRIJAKKA

Nhar l-Erbgħa 7 ta’ Mejju 2008, l-Ambaxxattriċi Awstrijakka f’Malta l-E.T. Dr Caroline Gudenus għamlet żjara uffiċjali fil-każin tal-banda ċittadina u dekana ‘La Stella’ u fit-Teatru Astra. Din kienet l-ewwel żjara tagħha fis-sede tas-Soċjetà tagħna. Dr Gudenus kienet akkumpanjata mis-Sur Joseph…

Continue reading

IL-PROGRAMM POPOLARI ‘XARABANK’ MIT-TEATRU ASTRA

GĦALL-EWWEL DARBA MILL-GŻIRA GĦAWDXIJA…IL-PROGRAMM TA’ QABEL IL-EUROVISION, MIT-TEATRU ASTRA! Huwa ta’ sodisfazzjon kbir għall-amministrazzjoni kollha tat-teatru Astra u tas-Soċjetà Filarmonika ‘La Stella’ li l-kumpanija televiżiva ‘Where’s Everybody’ għażlet it-teatru tagħna biex minnu xxandar il-programm ferm popolari ‘Xarabank’ ta’ nhar il-Ġimgħa…

Continue reading

L-OPRA ‘TURANDOT’ FIT-TEATRU ASTRA

Kif ħabbarna aktar kmieni fix-xahar ta’ Frar ta’ din is-sena, meta tħabbar il-programm uffiċjali tas-seba’ edizzjoni ta’ Festival Mediterranea, għal din is-sena l-opra magħżula hija l-opra ‘Turandot’ ta’ Giacomo Puccini. Din l-opra lirika diġa’ ttellgħet fit-teatru tagħna b’suċċess f’Ottubru tas-sena…

Continue reading

JINGĦATA BIDU GĦAL “GOZO 1234”

Wara s-suċċess kbir li kien intlaħaq fl-ewwel edizzjoni ta’ Notte Gozitana, din is-sena reġa’ ġie deċiż li din l-attività kulturali fil-gżira Għawdxija terġa’ tiġi organizzata. Proprju llum hija l-ewwel ġurnata minn erbgħa ta’ dan l-avveniment imsejjaħ “Gozo 1234” – erbat…

Continue reading

JIFTĦU L-FESTI ĊINKWANTENARJI

F’dawn il-jiem, fil-belt Victoria ġie ċċelebrat bl-akbar pompa l-jum liturġiku tal-Patrun ta’ beltna u protettur tal-gżira Għawdxija San Ġorġ Megalomartri – festi li bdew proprju b’velja ta’ talb lejlet il-festa. Din il-velja li għaliha attendiet folla mdaqsa ta’ parruċċani kienet…

Continue reading

JIEM TA’ FESTA

F’dawn il-jiem fil-bażilika tagħna qed jiġu ċċelebrati l-festi f’ġieh Ġesu’ Ewkaristija, magħrufa aħjar magħna bħala l-Kwaranturi Mqaddsa. Iċ-ċelebrazzjonijiet interni marbuta ma’ din il-festa, li hija waħda mill-aktar festi importanti fil-kalendarju tal-parroċċa tagħna, bdew nhar il-Ġimgħa li għadda u jintemmu proprju…

Continue reading

FESTA FAMILJA FI PJAZZA SAN ĠORĠ

Nhar it-Tnejn 21 t’April fis-7.30pm fi Pjazza San Ġorġ ser tiġi organizzata FESTA FAMILJA – serata ta’ kant, żfin, drama, mużika, ikel u tombli kbar. Din is-serata qed tiġi organizzata biex minnha jinġabru fondi tant meħtieġa b’risq il-festa ta’ San…

Continue reading

ROCK NIGHT FIT-TEATRU ASTRA

Illum il-Ġimgħa, 18 t’April, fil-foyer tat-Teatru Astra ser tiġi mtella’ Rock Night bil-parteċipazzjoni tal-kantant popolari Malti Klinsmann Coleiro u l-band; il-grupp Inner Grey; u numru ta’ DJs lokali. Din ir-Rock Night qed tiġi organizzata fuq inizzjattiva tal-Għaqda tan-Nar San Ġorġ…

Continue reading

IKLA B’RISQ IL-FESTA TA’ SAN ĠORĠ

Nhar is-Sibt 19 t’April, l-Għaqda Armar Festi San Ġorġ se torganizza ikla b’risq il-festa Ġorġjana fil-foyer tal-każin ‘La Stella’. Din hija inizzjattiva oħra mill-għaqda ta’ l-armar fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika ‘La Stella’ li minnha tiġbor fondi li jgħinu biex ikomplu…

Continue reading

WEBSITE ĠDIDA GĦALL- “FRIENDS OF LA STELLA”

L-għaqda “Friends of La Stella – Canada” għadhom kif bnew website ġdida mimlija informazzjoni u ritratti dwar il-komunità Ġorġjana fil-Kanada. Din il-website li saret fuq inizzjattiva tal-ħabib u benefattur John G. Borg ġiet ‘launched’ ftit tal-jiem ilu. John George Borg…

Continue reading

>> AKTAR RITRATTI TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA FIL-BELT VICTORIA

Għall-benefiċċju ta’ dawk kollha li jżuru dan is-sit, b’mod speċjali ta’ dawn il-bosta dilettanti tal-Ġimgħa l-Kbira qed intellgħu numru sabiħ ta’ ritratti tal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u tad-dimostrazzjoni ta’ Kristu Rxoxt, tal-fotografu Joe Attard. Filwaqt li nirringrazzjaw lis-sur Attard tas-servizz li…

Continue reading

WARA L-FUNEBRI… JIĠU L-BRIJUŻI

Wara li fil-ġimgħat li għaddew il-banda kienet impenjata fil-preparazzjoni tal-marċi fuenbri l-ġodda li ġew imżanżna fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li ħarġet mill-bażilika ta’ San Ġorġ, il-bieraħ il-banda taħt id-direzzjoni tas-surmast direttur Joseph Vella bdiet il-preparazzjoni tal-marċi brijużi. Il-kunċerti preparatorji tal-marċi brijużi…

Continue reading

NIFIRĦU LIL DUN FABIO ATTARD

Is-Soċjetà Filarmonika ‘La Stella’ tixtieq tingħaqad mal-komunità parrokkjali Ġorġjana biex tifraħ lis-saċerdot Dun Fabio Attard, mill-parroċċa tagħna għall-ħatra tiegħu bħala konsulent għall-pastorali taż-żgħażagħ tas-Sależjani. Din hija kariga fl-ogħla organu tal-Moviment Sależjan fid-dinja jew il-Kapitlu Ġenerali. Dun Fabio ser ikun is-suċċessur…

Continue reading

SPETTAKLU KBIR MINN ZOO U MORENA FIT-TEATRU ASTRA

Nhar is-Sibt li għadda, fit-teatru Astra ttella’ spettaklu ieħor mill-grupp teatrali ZOO bl-isem ta’ “Zoo goes neigbours”. Għal dan l-ispettaklu kellna wkoll bħala mistiedna lir-rebbieħa tal-GO Malta Song for Europe 2008, Morena – kantanta Għawdxija li għamlet l-ewwel dehra tagħha…

Continue reading

IL-MUSICAL ‘CINDY’ FIT-TEATRU ASTRA

Nhar is-Sibt li ġej, 29 ta’ Marzu 2008, fit-Teatru Astra tal-belt Victoria ser jittella’ l-musical ‘Cindy’. Dan il-musical huwa wieħed modern fuq kitba ta’ Mike Smith u Wilf Tudor. Dan il-musical mill-aktar divertenti ser jittella’ mill-istudenti ta’ l-iskola sekondarja Aguis…

Continue reading

IL-ĠIMGĦA MQADDSA FIL-BELT VICTORIA

Fil-ġranet li għaddew il-knisja kattolika ċċelebrat il-Passjoni u l-mewt ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, u l-qawmien tiegħu mill-mewt. Fil-belt Victoria, bħal numru kbir ta’ rħula u bliet Maltin u Għawdxin ġew iċċelebrati dawn il-festi, fejn saru kemm il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira kif…

Continue reading

IL-BANDA ‘LA STELLA’ FIL-ĠIMGĦA MQADDSA

Wara r-rekording tas-sett ġdid ta’ marċi funebri, imiss issa li dawn il-marċi jindaqqu fil-pubbliku waqt il-purċissjoni mill-aktar devota tal-Ġimgħa l-Kbira li ser toħroġ mill-bażilika ta’ San Ġorġ fil-belt Victoria. Din il-purċissjoni li zgur tmur lura qabel is-sena 1788 hija waħda…

Continue reading

1 31 32 33 34 35 37