Join Us On:

News Archive

NIFIRĦU LIS-SURMAST JOSEPH VELLA

F’għeluq ir-raba’ anniversarju mill-mewt tal-Papa Ġwanni Pawlu II, il-Konservatorju Vincenzo Bellini ta’ Palermo organizza avveniment biex jitfakkar dan il-Papa tant maħbub. Ħames kompożituri minn pajjiżi differenti ġew ikkummisjunati biex jikkomponu silta mużikali ispirata minn episodji varji mill-ħajja ta’ dan il-Papa.…

Continue reading

L-EQDEM PURĊISSJONI TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA

Il-bieraħ fil-għaxija, fis-7.00pm, il-banda ċittadina La Stella bdiet is-sehem tagħha fl-eqdem purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira f’Għawdex, li toħroġ mill-bażilika ta’ San Ġorġ. Il-banda ħadet postha fi Pjazza San Ġorġ fuq is-siġġijiet imqiegħda apposta biex iddoqq bosta marċi funebri mir-repertorju vast tagħha għal…

Continue reading

L-EWWEL IMPENN TAL-BANDA FIL-ĠIMGĦA MQADDSA

Il-bieraħ il-banda ċittadina La Stella fetħet l-impenji tagħha marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa fil-belt Victoria, b’kunċert ta’ mużika sagra fil-bażilika protoparrokkjali ta’ San Ġorġ Martri. Preżenti għal dan il-kunċert kien hemm uħud mill-ogħla awtoritajiet fosthom is-sindku ta’ beltna s-sur Robert Tabone, l-arċipriet…

Continue reading

ILLEJLA KUNĊERT TA’ MUŻIKA SAGRA

Hekk kif ninsabu fil-bidu tal-ġimgħa Mqaddsa, il-banda ċittadina La Stella tibda bl-impenji tagħha marbuta ma’ dawn il-festi. Illejla fil-bażilika protoparrokkjali ta’ San Ġorġ, ser jittella’ kunċert ta’ mużika sagra mżewwaq b’selezzjoni ta’ marċi funebri mis-sett Salvator Mundi (2008-09); motetti sagri…

Continue reading

WIRJA TAL-ĠIMGĦA MQADDSA FI PJAZZA SAN ĠORĠ

Nhar il-Ġimgħa 3 ta’ April, meta l-Knisja f’Malta u Għawdex kienet qed tiċċelebra l-festa tradizzjonali u mill-aktar għażiża tad-Duluri, fis-sular t’isfel ta’ l-istazzjon tar-radju tal-komunità tagħna, Leħen il-Belt Victoria, fi Pjazza San Ġorġ, ġiet inawgurata wirja mill-aktar interessanti għall-Ġimgħa Mqaddsa.…

Continue reading

L-OPRA ‘RIGOLETTO’ F’OTTUBRU FIT-TEATRU ASTRA

Kienet l-opra Rigoletto ta’ Giuseppe Verdi li fetħet it-triq għal 25 opra lirika li ttellgħu fit-teatru Astra f’dawn l-aħħar wieħed u tletin sena. Din is-sena l-amministrazzjoni tas-Soċjeta’ La Stella flimkien mal-kumitat responsabbli minn Festival Mediterranea għażlu għal darb’oħra li jtellgħu…

Continue reading

L-OPRA ‘TURANDOT’ FUQ IL CORRIERE DEL TEATRO

Hekk kif bħalissa jinsabu għaddejjin l-aħħar tħejjijiet qabel jitħabbar uffiċjalment il-programm tat-tmien edizzjoni ta’ Festival Mediterranea, is-suċċess grandjuż li ntlaħaq is-sena li għaddiet bil-produzzjoni tal-opra Turandot, għadu fuq fomm kulħadd.  Il-magazine Taljan Corriere Del Teatro fl-ewwel ħarġa tiegħu għas-sena 2009,…

Continue reading

IL-BANDA LA STELLA FIL-ĠIMGĦA MQADDSA

Ninsabu fi żmien ir-Randan, resqin dejjem aktar lejn l-aktar ġimgħa sinifikanti fil-kalendarju tal-knisja kattolika – il-Ġimgħa Mqaddsa. Bħalma jsir ta’ kull sena, il-banda ċittadina La Stella ukoll ser tagħti s-sehem tagħha f’dawn il-festi. Fil-fatt tul il-Ġimgħa Mqaddsa, il-banda ser tkun…

Continue reading

MAĦTURA L-OGĦLA UFFIĊĊJALI TAL-KUMITAT ĠENERALI

Fl-ewwel seduta tal-kumitat ġenerali li ġie elett fl-1 ta’ Marzu, ġew maħtura l-ogħla uffiċċjali tas-Soċjeta’. Fit-8 ta’ Marzu fl-elezzjoni għall-ħatra ta’ president tas-Soċjeta’, Dr Joseph Grech ġie kkonfermat president, u għalhekk fis-seduta li saret nhar is-Sibt 14 ta’ Marzu, ġew magħrufa l-uffiċċjali…

Continue reading

DR JOSEPH GRECH KONFERMAT PRESIDENT

Illum waslu fi tmiemhom l-elezzjonijiet għall-kumitat ġenerali l-ġdid tas-Soċjeta’, bl-elezzjoni għall-ħatra ta’ president. Din l-elezzjoni ġiet kontestata minn kandidat wieħed: Dr Joseph Grech, li għal dawn l-aħħar sentejn okkupa din l-istess kariga. Huwa reġa’ ġie kkonfermat president tas-Soċjeta’ Filarmonika La…

Continue reading

NOMINA WAĦDA GĦALL-KARIGA TA’ PRESIDENT

Il-Kummissjoni Elettorali f’komunikat uffiċjali għarrfet lill-bandisti li huma eliġibbli li jivvutaw fl-elezzjoni għall-kariga ta’ president tas-Soċ. Filar. La Stella, li rċeviet nomina waħda biss minn fost dawk eletti l-ġimgħa li għaddiet fil-kumitat ġenerali: dik ta’ Dr. Joseph Grech li skont…

Continue reading

ELETT IL-KUMITAT ĠENERALI TAS-SOĊJETÀ

Nhar il-Ħadd l-1 ta’ Marzu, il-bandisti tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, ivvutaw għall-membri tal-kumitat ġenerali ġdid tas-Soċjetà. L-elezzjoni seħħet fi tmiem kunċert li sar bi preparazzjoni għas-servizzi li għandha l-banda għall-Ġimgħa Mqaddsa. Sittin bandist, ilkoll bandisti residenti kienu eleġibbli li jivvotaw. B’kollox…

Continue reading

KARNIVAL IKKARATTERIZZAT MINN BRIJU U OFFIŻI

Issa li ntemmu l-jiem brijużi tal-karnival f’Għawdex, wieħed jista’ jagħti ħarsa lejn x’ikkaratterizza dawn il-jiem fil-gżira ċkejkna tagħna. Bla dubju fuq fomm kulħadd huwa l-ammont kbir ta’ Maltin li qasmu lejn gżiritna biex jiċċelebraw flimkien magħna dawn il-jiem tal-karnival. Fil-fatt…

Continue reading

LEJN L-ELEZZJONI TAL-KUMITAT ĠENERALI

Wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-Soċjetà, ġie deċiż li l-elezzjoni għall-kumitat ġenerali tas-Soċ. Filar. La Stella ser issir nhar il-Ħadd l-1 ta’ Marzu 2009, fil-11.30am. Għal din l-elezzjoni huma eleġibbli li jivvutaw il-bandisti residenti…

Continue reading

IL-KARNIVAL F’GĦAWDEX

Wara li ċ-ċelebrazzjonijiet fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġew imħassra minħabba l-maltemp, il-karnival fi gżiritna jkompli għada bi sfilata fi Triq ir-Repubblika li tilħaq il-qofol tagħha fi Pjazza Indipendenza. Fil-fatt il-karru trijonfali tas-Soċjeta’ La Stella bl-isem: Pirati u Gladjaturi: tal-Mużika…

Continue reading

GĦADA SSIR IL-LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI

Għada filgħodu, il-membri kollha tal-kumitat ċentrali, il-membri tas-sotto kumitati fi ħdan is-Soċjetà u l-bandisti tas-Soċjetà ser jiltaqgħu fis-Sala Mro Giuseppe Giardini Vella, fejn hemm ser issir il-laqgħa ġenerali annwali tas-Soċjetà għal din is-sena. F’din il-laqgħa, li bla dubju hija waħda…

Continue reading

KARRU TAL-KARNIVAL MIS-SOĊ. FILAR. LA STELLA

Hekk kif għadda l-ewwel xahar tas-sena l-ġdida, issa kulħadd ikun jistenna żmien il-Karnival – festa li għadha tgawdi popolarità kbira f’pajjiżna. Appuntu wara assenza ta’ diversi snin, din is-sena is-Soċjetà Filarmonika La Stella se tkun irrapreżentata fil-Karnival ta’ Għawdex b’item f’konkors…

Continue reading

L-EWWEL SERVIZZ TAL-BANDA GĦAS-SENA 2009

Nhar il-Ħadd l-1 ta’ Frar, il-banda ċittadina La Stella kienet impenjata bl-ewwel servizz tagħha għal din is-sena. Il-banda ħadet sehem fil-festi ċċelebrati fil-Belt Victoria f’ġieh San Ġwann Bosco. Kif semmejna fl-aħħar aġġornament fuq dan is-sit, il-banda għamlet marċ qasir qabel…

Continue reading

IL-FESTA TA’ SAN ĠWANN BOSCO FIL-BELT VICTORIA

Fi tmiem din il-ġimgħa f’beltna ser tiġi ċċelebrata l-festa ad unur San Ġwann Bosco. Ta’ kull sena din il-festa tiġi ċċelebrata fl-aħħar Ħadd ta’ Jannar fl-Oratorju Don Bosco u din is-sena qed jiġu ċċelebrati festi speċjali fl-okkażjoni tal-75 sena mill-kanonizzazzjoni…

Continue reading

2008: SENA IMPENJATTIVA GĦALL-BANDA DEKANA

Bħal kull sena l-banda ċittadina u dekana La Stella tkun impenjata f’diversi attivitajiet biex twassal il-leħen tagħha, leħen mixtieq u mistenni minn ħafna, kif ilha tagħmel b’ġieħ u b’kapaċità naturali sa mill-1863. U forsi għalhekk hija banda li dejjem tiġbed in-nies…

Continue reading

‘DEAR NOBODY’ FIT-30 U L-31 TA’ JANNAR

Il-produzzjoni teatrali ‘Dear Nobody’ li kellha tittella’ mill-Gozo Creative Theatre Club fil-weekend li għadda fit-teatru Astra ġiet posposta għat-30 u l-31 ta’ Jannar, minħabba ċirkustanzi li ma kellniex kontroll fuqhom. Il-biljetti li jiswew €8 jistgħu jinxtraw mill-XT Communication: Entertainment, Tigrija…

Continue reading

SEHEM IL-BANDA ĦAMSIN SENA ILU

Hemm xi ġrajjiet fl-istorja glorjuża tas-Soċjetà La Stella, l-ewwel soċjetà mużikali Għawdxija, li qatt ma jistgħu jintesew. Waħda minnhom hi dik li seħħet ħamsin sena ilu bħal-lum, il-Ħadd 11 ta’ Jannar. Wara l-mewt tal-papa Piju XII f’Ottubru 1958, il-festi li kellhom isiru…

Continue reading

‘DEAR NOBODY’ FIT-TEATRU ASTRA

Għal darba oħra, t-Teatru Astra qed ikun dar għal min irid jippreżenta l-ispettaklu tieħu.  Il-grupp teatrali Għawdxi jorganizza regolarment produzzjonijiet esperimentali, u proprju fil-ġranet li ġejjin il-GCTC (Gozo Creative Theatre Club) sajtella’ biċċa xogħol oħra innovattiva.  Dear Nobody hija produzzjoni…

Continue reading

L-AKTAR POPOLARI…GĦAL SENA OĦRA

  Issa li għaddiet sena oħra, qed ngħaddulkom is-servizzi li l-banda dekana La Stella għamlet fl-istaġun tal-festi. U għal sena oħra, il-banda ċittadina La Stella kienet banda mill-aktar popolari fil-festi Għawdxin. Attività ewlenija u impenjattiva li l-banda ċittadina La Stella jkollha ta’ kull sena…

Continue reading

IS-SOĊJETÀ LA STELLA TĦARES ’IL QUDDIEM

Hekk kif fiż-żewġ pjazez prinċipali tal-gżira Għawdxija, Pjazza San Ġorġ u Pjazza Indipendenza, ftit metri ’l bogħod mis-sede tas-Soċjetà Filarmonika La Stella u l-każin tal-banda ċittadina La Stella, il-folla tiċċelebra t-tmiem tas-sena 2008 u l-bidu tas-sena 2009, l-annali tas-Soċjetà La…

Continue reading

BARNEY FIT-TEATRU ASTRA

It-Teatru Astra għal darba oħra sa jkun fiċ-ċentru ta’ bosta attivitajiet, hekk kif is-sena l-ġdida twiegħed aktar spettaklu uniku minn fuq il-palk tagħha. Din id-darba sa jattira l-udjenza ta’ età żgħira u l-ġenituri. Dan għaliex sa ssir show spettakulari li fiha sa…

Continue reading

HODIE CHRISTUS NATUS EST

Sena oħra tgerrbet tiġri biex sibna ruħna mill-ġdid fil-jum speċjali u għażiż tal-Milied. Wara l-Għid, il-jum li fih infakkru t-Twelid ta’ Sidna hu l-aktar importanti fil-kalendarju liturġiku tal-Knisja Kattolika. F’Malta, bħal f’ħafna pajjiżi oħra, dan iż-żmien qaddis hu kkumplimentat minn tradizzjoni kulturali…

Continue reading

MILIEDFEST 2008: SUĊĊESS IEĦOR!

Nhar is-Sibt li għadda, 20 ta’ Diċembru 2008, il-palk tas-Sala Giuseppe Giardini Vella kellu jkun il-protagonista, għall-ewwel darba wara ħafna snin, biex fuqu ttellgħet varjetà kbira tal-Milied, organizzata mill-Għaqda Bandisti żgħażagħ La Stella.  L-udjenza li mliet is-sala kollha kellha kliem…

Continue reading

INSELLMULEK, POETA TAGĦNA

Kont taħsbek qiegħed fl-aħħar tal-pontifikal ta’ San Ġorġ ta’ Lulju l-bieraħ fil-għaxija, fi tmiem funeral tabilħaqq solenni li sar għal ruħ il-Kan. Joe Mejlak, li ħalla dan il-wied ta’ dmugħ qabel it-tbexbix tax-xemx tal-Ħamis 18 ta’ Diċembru 2008, fid-dar ta’…

Continue reading

ĦALLEJTNA, ĦABIB!

ĦALLEJTNA, ĦABIB!  ĦALLEJTNA WAĦIDNA!  ĦALLEJTNA NIBKUK! Qiegħda titkellem qalb muġugħa ta’ Ġorġjan li l-lum fil-għodu sema’ l-aħbar li l-Kanonku Joe Mejlak ħalliena u mar jingħaqad ma’ Dak li dejjem ħabb. Kulħadd jafek ġo San Ġorġ, qassis mudell dejjem lest tagħti daqqa…

Continue reading

MILIEDFEST 2008

Il-lum qegħdin inħabbru l-programm sħiħ ta’ attivitajiet ta’ Miliedfest 2008, festival ta’ mużika u divertiment organizzat mill-Għaqda Bandisti Żgħażagħ La Stella għal dan l-istaġun festiv. Il-membri ta’ din l-għaqda fl-aħħar xhur taw prova tad-dinamiżmu u l-ħeġġa ġenwina tagħhom biex jissoktaw ikabbru l-ġieħ…

Continue reading

IMKABBRA BIŻ-ŻÎNA MARJANA TAGĦNA

Bħal fi snin oħra, is-sehem tal-banda ċittadina dekana La Stella tal-belt Victoria fil-festa ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni kienet wieħed impekkabbli. Ir-rabta qadima li teżisti bejn din il-banda prinċipali tal-gżira tagħna u l-festa tal-Kunċizzjoni li tiġi ċċelebrata ta’ kull sena mill-patrijiet Franġiskani Konventwali…

Continue reading

STILLA

Jum hekk glorjuż ma jixrifx ta’ spiss fuq ix-xefaq tal-gżira tagħna tat-tliet għoljiet biex idawwal bi sbuħitu l-ħajja tagħna. It-8 ta’ Diċembru niċċelebrawh b’ferħ mhux tas-soltu aħna l-Ġorġjani, aħna Ta’ l-Istilla, għax għalina hu t-tieni festa. Inħarsu lejn ġrajjietna u naraw fl-Immakulata…

Continue reading

L-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI: FESTA TA’ L-ISTILLA

It-8 ta’ Diċembru jimmarka jum speċjali fuq il-kalendarju tal-belt Victoria. Fis-santwarju l-qadim tal-Qala, li qabel kien il-knisja parrokkjali, issir festa sabiħa lill-Immakulata Kunċizzjoni. Imma huwa f’din il-belt, proprju fi ħdan il-komunità Franġiskana Konventwali, li tiċċentra ruħha ċ-ċelebrazzjoni festiva ta’ din is-solennità kbira…

Continue reading

IR-RABTA MAL-FESTA TA’ L-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI

L-aktar festa popolari fl-istaġun tax-xitwa fir-Rabat ta’ Għawdex hija mingħajr ebda dubju dik ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni li l-Franġiskani Konventwali jiċċelebraw f’ġieħ l-Imqaddsa Verġni Marija nhar it-8 ta’ Diċembru.   Fil-kalendarju tal-Knisja Kattolika t-8 ta’ Diċembru huwa s-solennità tat-Tnissil bla Tebgħa…

Continue reading

STQARRIJA LILL-ISTAMPA

Il-kunċert teatrali Jack Daniels Unplugged, bis-sehem ewlieni tal-artisti mużikali Chasing Pandora u Ira Losco, li kien skedat li jsir is-Sibt li ġej 6 ta’ Diċembru fit-Teatru Astra f’Għawdex tħassar minħabba raġunijiet li ma kienx hemm kontroll fuqhom.   Filwaqt li…

Continue reading

IRA LOSCO U CHASING PANDORA FIT-TEATRU ASTRA

Il-kantanta popolari Ira Losco u l-band Chasing Pandora se jkunu l-protagonisti tal-ewwel kunċert teatrali unplugged f’Għawdex is-Sibt 6 ta’ Dicembru. Il-kunċert, li se jsir fit-Teatru Astra, se jinkludi repertorju wiesa’ fosthom kompożizzjonijiet oriġinali tal-artisti lokali kif ukoll cover versions popolari.…

Continue reading

IL-BANDA DEKANA TTEMM BIL-KBIR FESTIVAL MEDITERRANEA

Ftaħna s-seba’ edizzjoni ta’ Festival Mediterranea bl-opra ta’ Giacomo Puccini Turandot li ttellgħet darbtejn fit-Teatru Astra fl-aħħar ġimgħa t’Ottubru u għalaqnieh b’selezzjoni mill-opra Tosca tal-istess kompożitur esegwita mill-banda ċittadina u dekana La Stella s-Sibt li għadda fil-programm mużikali annwali tal-istess…

Continue reading

1 28 29 30 31 32 37