Join Us On:

News Archive

IL-BANDA LA STELLA FIL-FESTA TA’ SANTA MARGERITA

Wara n-numru twil ta’ impenji marbuta mal-festi ta’ San Ġorġ iċċelebrati fil-belt Victoria, il-banda ċittadina La Stella kompliet bis-servizzi tagħha fil-festi f’Għawdex. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kien imiss ir-raħal ta’ Sannat, raħal ieħor marbut sew mas-Soċjeta’ tagħna, li jiċċelebra…

Continue reading

IL-FESTA TAL-GĦAWDXIN

Il-festi tant mistennija f’ġieħ il-Kbir Martri San Ġorġ għaddew, iżda l-memorji ta’ festa oħra ferm grandjuża għadhom hemm u jibqgħu. Il-festi laħqu l-qofol tagħhom il-ġimgħa li għaddiet, għalkemm irridu nfakkru li l-programm tal-festa kien ilu żmien sew li fetaħ bit-tnax-il…

Continue reading

NIFIRĦU MAL-KAPITLU ĠORĠJAN

Is-Soċ. Filar. La Stella tixtieq tingħaqad mal-komunita’ kollha Ġorġjana biex tifraħ lill-membri tal-kapitlu tal-kolleġġjata Ġorġjana għall-ħatriet ġodda tagħhom fi ħdan l-istess kapitlu. Fit-tielet jum tat-Tridu solenni fl-okkażjoni tal-festi ad unur  San Ġorġ Martri patrun u protettur tal-gżira Għawdxija, u fil-preżenza tad-dekan…

Continue reading

SPETTAKULARI

Illum ser inkomplu nwasslulkom aktar aġġornamenti marbuta mal-festa ta’ San Ġorġ iċċelebrata f’Għawdex matul il-ġimgħa li għaddiet. Imiss li nagħtu ħarsa lejn jum il-festa, il-Ħadd 19 ta’ Lulju; ġurnata oħra mimlija attvitajiet, funzjonijiet liturġiċi, marċi brijużi u fuq kollox il-purċissjoni…

Continue reading

MARĊI, BRIJU U FOLOL KBAR

Hekk kif il-bieraħ temmejna bil-kbir il-festi popolari f’ġieħ San Ġorġ Martri, patrun tal-belt Victoria u protettur tal-Għawdxin, illum ser inkomplu fejn ħallejna nhar is-Sibt li għadda b’aktar aġġornamenti. Illum ser nagħtu ħarsa lejn dak kollu li ġara lejlet il-festa, minn…

Continue reading

DIMOSTRAZZJONI OĦRA GRANDJUŻA

Il-bieraħ komplew il-festi kbar f’beltna f’ġieħ il-kbir patrun tagħna San Ġorġ, fejn mat-tmiem tat-tridu solenni saret ir-raba’ dimostrazzjoni din id-darba bl-istatwa ta’ San Ġorġ Rebbieħ, l-ewwel statwa għall-festi esterni f’Għawdex. Bħall-ġranet  l-oħra kollha tal-festa, din id-dimostrazzjoni ġibdet folol kbar lejn…

Continue reading

M’HEMMX PARAGUNI!

Il-festa ta’ San Ġorġ minn dejjem kienet u tibqa’ festa eżemplari, festa unika fl-istil tagħha, festa mill-aktar dinjituża, festa li ċ-ċentru tagħha jibqa’ dejjem il-qaddis patrun u protettur tal-Għawdxin. Diffiċli toħloq paraguni, anzi ma tistax, meta tara b’mod partikulari l-marċ…

Continue reading

IKOMPLU Ċ-ĊELEBRAZZJONIJIET ĠORĠJANI

Il-bieraħ l-Erbgħa 15 ta’ Lulju, l-ewwel jum tat-tridu, komplew bil-kbir il-festi esterni organizzati mis-Soċ. Filar. La Stella, bit-tieni dimostrazzjoni, bl-istatwa ta’ San Ġorġ fuq iż-żiemel. Din id-dimostrazzjoni mill-aktar popolari bdiet fi Pjazza San Franġisk u ntemmet fi Pjazza San Ġorġ…

Continue reading

“INSELLMULEK ĠORĠI TAGĦNA”

Bid-daqq tal-innu La Stella u l-innu popolari Lill-Kbir Martri San Ġorġ, il-banda dekana fetħet l-impenji marbuta mal-festa tal-patrun ta’ beltna San Ġorġ, b’marċ brijuż minn quddiem il-knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb u intemm fi pjazza San Ġorġ – marċ li wassal għall-ħruġ…

Continue reading

BIDU QAWWI

Il-bieraħ tajna bidu għall-ġimgħa prinċipali tal-festa u dan nistgħu ngħidu li għamilnieh bil-kbir meta wieħed jara l-attendenzi kbar li kien hemm fiż-żewġ avvenimenti tal-bieraħ filgħaxija: il-kunċert vokali u strumentali fil-bażilika u t-tiġrijiet tradizzjonali tal-bhejjem fi Triq ir-Repubblika. Kull min attenda…

Continue reading

NIDĦLU FIL-ĠIMGĦA TAL-FESTA

Hekk kif il-bieraħ ġiet fi tmiemha n-novena ta’ San Ġorġ, dħalna issa fl-aħħar ġimgħa tal-festa u mil-lejla stess nagħtu bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet esterni bit-tiġrijiet tradizzjonali taż-żwiemel fi triq ir-Repubblika. Illejla wkoll jiġi fi tmiemu t-tnax-il edizzjoni tal-Victoria International Arts Festival organizzat…

Continue reading

BANED, MARĊI U BRIJU

Festa ta’ baned, marċi u briju – Iva, il-festi kbar f’ġieħ il-kbir Megalomartri San Ġorġ iċċelebrati fil-jiem li ġejjin fil-belt Victoria huma wkoll ikkaratterizzati minn numru kbir ta’ baned mistiedna li flimkien mal-banda dekana La Stella jsemmgħulna marċi mill-aqwa li…

Continue reading

IL-LIBSA TAL-FESTA

Fergħa oħra mill-aktar ħabrieka fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika La Stella hija l-Għaqda tal-armar tal-festa – fergħa li sena wara sena tibqa’ dejjem tissorpredina bl-ammont u bil-kwalità ta’ armar li jiżżanżan għall-festa ta’ beltna – armar mill-isbaħ li jlibbes lil beltna…

Continue reading

SETT ĠDID TA’ MARĊI BRIJUŻI

Fl-okkażjoni tal-festi f’ġieħ il-patrun ta’ beltna San Ġorġ Martri, is-Soċjetà Filarmonika La Stella, matul il-ġimgħa li għaddiet ħarġet is-CD il-ġdid ta’ marċi brijużi. Dan is-CD (Vol. 21) li jġib l-isem Protettur ta’ Beltna jiġbor fih xejn inqas minn tnax-il marċ…

Continue reading

LULJU: IX-XAHAR TA’ SAN ĠORĠ

Bdejna x-xahar ta’ Lulju – xahar li bla ebda dubju fil-gżira tagħna huwa marbut mal-festi kbar ad unur il-protettur tal-Għawdxin San Ġorġ Megalomartri. Ninsabu ftit jiem ‘il bogħod mill-ġimgħa prinċipali tal-festa. Il-festi fetħu b’mod uffiċjali fl-10 ta’ Ġunju, mal-bidu tal-Victoria…

Continue reading

ŻEWĠ SERVIZZI OĦRA FIN-NADUR

Fi tmiem din il-ġimgħa ġiet iċċelebrata l-festa ta’ San Pietru u San Pawl fir-raħal tan-Nadur. Minħabba l-fatt li fid-29 ta’ Ġunju l-gżejjer Maltin iċċelebraw għeluq is-sena Pawlina, jum il-festa ġie ċċelebrat nhar il-Ħadd 28 ta’ Ġunju. Il-banda La Stella għal…

Continue reading

MARĊ U PROGRAMM MUŻIKALI FIX-XEWKIJA

Hekk kif baned oħra fetħu l-impenji tagħhom għall-istaġun tal-festi fir-raħal tax-Xewkija fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-banda ċittadina u dekana La Stella kompliet iżżid mas-servizzi numerużi tagħha b’servizz ieħor fil-festa ad unur San Ġwann l-Għammiedi ċċelebrata f’dan il-lokal. Irridu nsemmu…

Continue reading

IL-BANDA LA STELLA FIL-FONTANA

Fi tmiem il-ġimgħa l-banda ċittadina u dekana La Stella ’ħadet sehem fil-festi ad unur il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’ ċċelebrati fir-raħal tal-Fontana. F’din il-festa l-banda kellha żewġ servizzi, wieħed lejlet il-festa u ieħor f’nhar il-festa. Fil-fatt dawn is-servizzi l-banda tagħna ilha…

Continue reading

AKTAR IMPENJI GĦALL-BANDA ‘LA STELLA’

Hekk kif beda x-xahar ta’ Ġunju, il-banda ċittadina La Stella kompliet bl-impenji tagħha marbuta mal-festi Sajfin. Wara l-festa ta’ San Pawl fil-Munxar li tat bidu għall-festi Għawdxin, il-Ħadd li għadda kien imiss il-festa tal-Corpus fir-raħal ċkejken tal-Għasri. Hawn il-banda tagħna…

Continue reading

SEBA’ BANDISTI ĠODDA MAL-BANDA LA STELLA

Nhar il-Ħadd li għadda, waqt it-tieni servizz li l-banda tagħna għamlet fl-istaġun tal-festi 2009, ġewwa r-raħal tal-Għasri, ngħaqdu mal-banda tagħna sitt bandisti ġodda lkoll bil-kurunetta, sezzjoni li kull ma jmur dejjem qed tkompli tissaħħaħ. Dawn il-bandisti l-ġodda li wħud minnhom…

Continue reading

L-ISTATWA TA’ DON BOSCO LURA F’DARHA

L-istatwa ta’ San Ġwann Bosco llum sa ttemm iż-żjara tagħha ta’ sitt ijiem fid-dar oriġinali tagħha: il-bażilika ta’ San Ġorġ. Illejla, wara konċelebrazzjoni solenni fis-6.00pm li tagħlaq tlitt ijiem ta’ Tridu mqaddes iċċelebrati minn Mons. Ġużeppi Farrugia, arċipriet emeritu, il-banda ċittadina…

Continue reading

JIFTAĦ L-ISTAĠUN TAL-FESTI 2009

Il-bieraħ, l-aħħar jum u l-aħħar Ħadd tax-xahar ta’ Mejju, fetaħ l-istaġun tal-festa f’Għawdex, b’żewġ festi: Sant’ Antnin f’Għajnsielem u dik ta’ San Pawl Nawfragu fir-raħal tal-Munxar. Mal-ftuħ ta’ dan l-istaġun, bdew ukoll l-impenji numerużi għall-banda La Stella f’dawn it-tliet xhur…

Continue reading

WEBSAJT ĠDIDA GĦAL FESTIVAL MEDITERRANEA

Nhar is-Sibt 24 ta’ Mejju, ġiet imnedija websajt ġdida għal Festival Mediterranea, festival kulturali mtella’ mis-Soċjeta’ Filarmonika La Stella li din is-sena wasal fit-tmien edizzjoni tiegħu. Din il-websajt ġiet inawgurata mill-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi, waqt żjara li hu għamel…

Continue reading

ZOO MILL-ĠDID FIT-TEATRU ASTRA

Bejn il-Ġimgħa 22 u l-Ħadd 24 ta’ Mejju, fil-belt Victoria, ser jiġi mtella’ l-avveniment annwali Lejlet Lapsi, Notte Gozitana. Wara s-suċċess kbir li nkiseb fl-aħħar sentejn, reġa’ ġie deċiż li dan l-avveniment jerġa’ jsir – avveniment li għandu jiġbed lejn…

Continue reading

KUNĊERTI MINN ŻEWĠ BANDISTI TAGĦNA

Xhieda tat-talent mużikali li tħaddan fiha s-Soċjeta’ Filarmonika La Stella, huma żewġ kunċerti mill-aqwa li fihom daqqew żewġ bandisti tagħna: George Camilleri (Ewfonju) u George Apap (Klarinett).   George Camilleri daqq f’kunċert nhar il-Ġimgħa 17 ta’ April fiċ-ċentru għall-kultura u…

Continue reading

ASTRA FOLK GROUP BACK FROM HUNGARY

The Astra Folk Group returned from Hungary last weekend after their nine-day tour of the central European country as special guests of Mr. Bela Danielisz, President of Commision of City-regulation for the General Assembly of the City of Budapest. During…

Continue reading

L-EWWEL ĦAMIS TA’ SAN ĠORĠ

Bħal-lum għaxar ġimgħat, il-belt Victoria, tkun f’nofs il-ġimgħa tal-festa ad unur il-patrun tagħha San Ġorġ Martri. Illum fil-bażilika proto-parrokkjali ta’ beltna nibdew id-disa’ Ħamisijiet li jwassluna għall-ġimgħa tal-festa. Mil-lum nibdew il-mixja li twassalna fl-aktar ġimgħa importanti fil-kalendarju tagħna r-Rabtin. Madanakollu…

Continue reading

ASTRA TOURS 2009: MEDJUGORJE U PRAGA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella għandha l-pjaċir tħabbar li ser torganizza żewġ tours għal dan is-sajf. Inħajrukom tingħaqdu magħna f’waħda minn dawn il-ġiti f’postijiet meraviljużi.   L-ewwel tour ser ikun bejn id-9 u s-16 t’Awwissu li ġej. Dan ser isir f’Medjugorje…

Continue reading

L-ASTRA FOLK GROUP F’BUDAPEST

Nhar il-Ħamis li għadda, il-grupp folkloristiku Astra, beda żjara ta’ disat ijiem f’Budapest l-Ungerija, fejn ser jieħu sehem f’festival internazzjonali tal-folklor. Il-grupp ħalla gżiritna fis-siegħat bikrin tal-Ħamis 30 t’April, fejn mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta telaq b’titjira lejn Vienna. Minn hemm imbagħad…

Continue reading

ĦARĠA GĦAL MALTA GĦALL-ALLIEVI

Nhar il-Ġimgha, l- 1 ta’ Mejju 2009 ġiet organizzata ħarġa għal Malta mill-Għaqda Bandisti Żgħażagħ La Stella, għall-allievi u bandisti żgħażagħ tal-banda tagħna. Għalkemm il-ġita kienet immirata primarjament għall-dawn iż-żgħazagħ tagħna, fil-grupp kien hemm ukoll familjari u membri tal-kumitat li għoġobhom jingħaqdu…

Continue reading

ĊITTADINI TA’ NICHELINO FIL-KAŻIN TAGĦNA

Il-bieraħ, 28 ta’ April, 2009, kien imiss lis-Soċjetà tagħna sabiex tospita’ fi ħdanha lil grupp ta’ madwar 130 ruħ li ġew min-Nichelino, Turin, jakkumpanjaw lis-Sindku u l-membri l-oħra tal-Komun għat-tieni parti tal-ġemellaġġ li sar bejn il-Belt Victoria u dik ta’…

Continue reading

FESTA ĠORĠJANA FIL-KANADA

Matul dan ix-xahar, ix-xahar li fih iċċelebrajna s-solennita’ liturġika ta’ San Ġorġ Martri, sħabna l-emigranti Ġorġjani fil-Kanada, iċċelebraw ukoll bil-kbir din il-festa tant għażiża. Wara s-suċċess kbir tas-sena li għaddiet, fejn ġiet imżanżna l-istatwa l-ġdida, kopja tal-istatwa titulari meqjuma fil-bażilika…

Continue reading

IFFIRMAT IL-ĠEMELLAĠĠ MA’ NICHELINO

Fl-okkażjoni tal-iffirmar ta’ ġemellaġġ bejn il-belt Victoria u l-belt ta’ Nichelino, il-bieraħ, il-banda ċittadina La Stella għamlet marċ brijuż minn Pjazza Sant Wistin sa Pjazza Indipendenza fejn saret iċ-ċerimonja tal-iffirmar. Numru kbir ta’ ċittadini min-Nichelino u diversi Rabtin, immexxija mis-sindki…

Continue reading

IL-PROGRAMM MUŻIKALI TAT-23 T’APRIL FUQ YOUTUBE

Għall-benefiċċju ta’ dawk il-persuni li ma setgħux ikunu magħna nhar il-Ħamis għall-kunċert ta’ jum San Ġorġ, qed intellgħu videos meħuda waqt dan il-programm mużikali, fosthom l-Overture 1812 ta’ P.I. Thaikovsky. Segwu dan is-suċċess mill-banda tagħna fuq dawn il-links: Part 1:…

Continue reading

ĦRIĠNA BL-UNURI!

Ma stajniex nagħżlu titlu aħjar minn dan, biex niddeskrivu s-suċċess kbir li kisbet il-banda ċittadina La Stella, il-bieraħ fil-programm mużikali ta’ jum San Ġorġ. Quddiem pubbliku numeruż li mela kull rokna ta’ pjazza San Ġorġ, il-banda kienet f’forma mill-aqwa u…

Continue reading

NIĊĊELEBRAW IL-FESTA TAL-PATRUN TAL-GĦAWDXIN

Ninsabu lejliet is-solennita’ liturġika tal-Kbir Martri San Ġorġ, patrun u protettur tal-Għawdxin. Il-bieraħ fil-bażilika urbana ġie fi tmiemu t-tridu solenni f’ġieh San Ġorġ Martri, b’quddiesa kantata u priedka mill-arċipriet emeritu, Mons. Ġużeppi Farrugia. Illejla, il-vġili solenni ta’ San Ġorġ, fis-6.30,…

Continue reading

IL-PURĊISSJONI TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA

Grazzi għall-fotografu Joe Attard, illum qed intellgħu numru sabiħ ta’ ritratti tal-purċissjoni devota tal-Ġimgħa l-Kbira, li ħarġet mill-bażilika proto-parrokkjali ta’ San Ġorġ, nhar Ħamis ix-Xirka, 9 ta’ April, akkumpanjata mill-banda ċittadina La Stella. Fil-purċissjoni ħadu sehem ukoll il-kor tal-bażilika Laudate…

Continue reading

IMĦASSRA D-DIMOSTRAZZJONI TA’ KRISTU RXOXT

Id-dimostrazzjoni reliġjuża bl-istatwa artistika ta’ Kristu Rxoxt, li toħroġ mill-bażilika proto-parrokkjali ta’ San Ġorġ, akkumpanjata mill-banda ċittadina La Stella, ġiet imħassra minħabba l-maltemp. Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ l-Għid il-Kbir ikomplu fil-bażilika b’pontifikal solenni mmexxi minn Mons. Isqof Mario Grech, dekan tal-Kolleġġjata Ġorġjana, bis-sehem…

Continue reading

1 27 28 29 30 31 37