Join Us On:

News Archive

NOTTE GOZITANA 2012

Numru kbir ta’ persuni inkużi Maltin u turisiti żaru l-Każin La Stella waqt il-jum tas-Sibt meta fil-Belt Victoria kienet qed tiġi organizzata n-Notte Gozitana jew Lejlet Lapsi. Matul dan il-weeked f’din l-okkażjoni ġew organizzati diversi attivitajet mat-toroq prinċipali u l-pjazzez tal-Belt Victoria.  Il-Kazin tal-Banda La Stella kien attrazzjoni għad-dilettanti tal-muturi li kienu għal wiri. Persuni oħra li żaru l-każin kellhom opportunità il jieħdu informazzjoni fuq l-opra Madama Butterfly li se ssir aktar tard din is-sena.
 
F’attività oħra, membri tal-Astra Folk group animaw beltna billi tellgħu rappreżentazzjoni tat-tieġ Malti fl-imgħoddi. Saru wkoll numru ta’ attivitajiet fil-Bażilika ta’San Ġorġ marbuta ma’ dan l-avveniment.
 
Matul il-ġurnata tal-Ħadd filgħodu żar il-Każin tal-Banda La Stella il-Prim Ministru ta’ Malta Dr Lawerence Gonzi li kien milqgħuħ fil-Każin minn membri tal-kumitat u l-persuni li dak il-ħin kienu hemm. Dr Gonzi ġie aġġornat dwar il-ħidma tas-Soċjetà La Stella u l-aħħar proġetti li saru fil-Każin bil-għajnuna tal-istat, speċifkament l-installazzjoni ta’ dwal enery saving, li saru fix-xhur li għaddew bħala parti mill-proġett Eco Għawdex. Il-Prim Ministru staqsa wkoll fuq il-preparamenti għall-opra Madama Butterfly u l-edizzjoni li jmiss ta’ Festival Mediterranea. Id-delegazzjoni kienet tinkludi ukoll lill-Ministru għall Għawdex l- Onor. Giovanna Debono.