Join Us On:

News Archive

NOMINA WAĦDA GĦALL-KARIGA TA’ PRESIDENT

Il-Kummissjoni Elettorali f’komunikat uffiċjali għarrfet lill-bandisti li huma eliġibbli li jivvutaw fl-elezzjoni għall-kariga ta’ president tas-Soċ. Filar. La Stella, li rċeviet nomina waħda biss minn fost dawk eletti l-ġimgħa li għaddiet fil-kumitat ġenerali: dik ta’ Dr. Joseph Grech li skont kif stipulat fl-istatut tas-Soċjeta’ ġie propost u ssekondat minn żewġ bandisti.

Dr Grech irid iġib aktar mill-ħamsin fil-mija tal-voti mitfgħuha biex jerġa’ jiġi elett president tas-Soċjeta’ – kariga li okkupa għal dawn l-aħħar sentejn. L-istess bandisti li kienu eliġibbli jivvutaw fl-elezzjoni tal-Ħadd li għadda huma wkoll eliġibbli li jivvutaw f’din l-elezzjoni. B’kollox għalhekk huma sittin il-bandisti residenti li huma eliġibbli li jivvutaw.

L-elezzjoni għall-ħatra ta’ president ser issir nhar il-Ħadd 8 ta’ Marzu fil-11.30am, eżatt kif jintemm kunċert ieħor preparatorju tal-banda bi preparazzjoni għall-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa.