Join Us On:

News Archive

NITOLBU LKOLL GĦALL-FEJQAN TA’ MONS. SALV BORG

Ftit tal-jiem ilu, aħbar li dehret fuq is-sit uffiċċjali tal-bażilika ta’ San Ġorġ, ħasditna lkoll. Monsinjur Salv Borg, arċipriet emeritus tal-parroċċa ta’ San Ġorġ u direttur spiritwali tas-Soċjetà Filarmonika “La Stella”, iddaħħal l-isptar San Luqa għal testijiet li jistgħu jirriżultaw f’marda kiefra. Monsinjur Borg, huwa saċerdot li għandu għal qalbu l-banda “La Stella” u anke t-teatru. Fil-fatt ta’ sikwit, kien jonorana bil-preżenza tiegħu għall-kunċerti preparatorji tal-banda u anke għall-attivitajiet l-oħra kollha organizzati mis-Soċjetà.

Minn hawn, nixtiequ ningħaqdu mal-kumplament tal-kommunità kollha Ġorġjana, fit-talb għall-fejqan ta’ Monsinjur Salv Borg. Nitolbu lill-Mulej u lill-patrun tagħna San Ġorġ biex jitfgħu idejhom fuq Monsinjur Borg u fuq il-familja tiegħu f’dan il-mument diffiċli.

Dun Salv, aħna ninsabu warajk! Agħmel kuraġġ!