Join Us On:

News Archive

NIFIRĦU LILL-KANONKU ĠWANN BOSCO CREMONA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tifraħ lill-Kanonku Giovanni Bosco Cremona, membru tal-Kapitlu u Kolleġġjata tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ, li dan l-aħħar inħatar bħala kuġitur ta’ Mons. Anton Gauci, Dekan tal-Kapitlu Katidrali, bit-titlu ta’ Monsinjur.
Dun Ġwann twieled fl-1952 u ġie ordnat saċerdot fl-1978 flimkien ma’ Mons. Ġużeppi Farrugia u Mons. Feliċ Tabone. Huwa għamel l-ewwel quddiesa tiegħu fit-23 ta’ Lulju tal-istess sena.
Monsinjur Giovanni Bosco Cremona serva għal diversi snin bħala Rettur fil-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu fix-Xlendi Għawdex. Dun Ġwann ilu wkoll mill-1987 jaħdem fil-Kurja t’Għawdex fis-sezzjoni tal-propjetajiet.
Minn din il-paġna nixtiequ nifirħu lil Dun Ġwann u l-familjari tiegħu f’din il-ħatra l-ġdida.
Ritratti: Tonio Schembri, JJP Zammit.