Join Us On:

News Archive

NIFIRĦU LIL DR JOSEPH GRECH

Is-Soċjetà Filarmonika ‘La Stella’ tixtieq tifraħ lill-President tagħha, l-avukat Joseph Grech, għall-kariga l-ġdida tiegħu bħala chairman tal-kumpanija Gozo Channel. In-nominazzjoni tiegħu bħala chairman ta’ din il-kumpanija ewlenija tħabbret il-bieraħ fi stqarrija mill-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u l-Investiment Tonio Fenech. Il-ministru ħabbar ukoll il-bord tad-diretturi ta’ din l-istess kumpanija. Dr Joseph Grech, li għandu tletin sena, ser ikun is-suċċessur ta’ Joe Borg, bniedem li wkoll għandu rabtiet mas-Soċjetà tagħna, fejn għal diversi snin okkupa l-kariga ta’ segretarju tas-Soċjetà u attwalment huwa membru fil-kumitat organizzattiv ta’ Festival Mediterranea li jittella’ mis-Soċ. Filar. La Stella, kull sena.

Huwa unur għas-Soċjetà tagħna, li fiha tħaddan persuni li jokkupaw karigi daqstant għolja f’pajjiżna. Mill-ġdid nawguraw kull suċċess lill-president tagħna, u j’Alla bħal ta’ qablu jkompli jmexxi lil din il-kumpanija ewlenija f’pajjiżna ’l quddiem. M’għandniex dubju li hekk ser jagħmel! Awguri Dr Grech.

25/07/2008