Join Us On:

News Archive

NHAR L-ERBGĦA JIBDA L-VIAF

Joseph Vella conducting MPO

Nhar il-Erbgħa li ġej, 10 ta’ Ġunju se jingħata bidu għall-Victoria International Arts Festival (VIAF) li issa wasal fit-18 -il edizzjoni tiegħu.  Fil-kunċert inawgurali se tieħu sehem l-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta taħt id-direzzjoni tal-Prof. Joseph Vella, surmast direttur tal-Banda Ċittadina La Stella u direttur artistiku tal-VIAF.  Bħala solisti il-kunċert inawgurali se jkollu lil Pierre Louis Attard (vjolin), Britt Arend (harp) u Miriam Cauchi (soprano).

f120c71bb899b494a994b1bc6b828109f7543d8f-023501a8 800669ba018c5aa5d305b0fd80d200699178d02d-023501a8 bcf8e81b6a55b97ef8a9846d056ded7e5124d751-023501a8

Il-festival jkompli sejjer sat-Tnejn 13 ta’ Lulju kważi b’kunċert kuljum (minbarra l-14 ta’ Ġunju 2015), u jinkludi mużiċisti ta’ fama internazzjonali.  Fil-mużew Il-Ħaġar se ssir ukoll wirja ta’ pittura ta’ Dr Mark Sagona li se tiftaħ nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju.

Għal aktar dettalji dwar l-appuntamenti tal-festival wieħed jista’ jidħol fis-sit elettroniku www.viaf.org.mt.

VIAF 2015 Poster