Join Us On:

News Archive

MRO. SIGMUND MIFSUD JINĦATAR ASSISTENT SURMAST TAL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA

DSC_0086 _JMJ8057a

_JMJ8044 _JMJ8067

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella bi pjaċir tħabbar il-ħatra tas-Surmast Sigmund Mifsud bħala asisstent surmast tal-Banda Ċittadina La Stella. Sigmund Mifsud twieled f’Ta’ Sliema ġewwa Malta.   Hu beda l-karriera mużikali tiegħu mal-Banda Sliema fejn studja u eventwalment beda jdoqq il-kurunetta. Eventwalment studja d-direzzjoni mużikali taħt il-gwida tas-Surmast Brian Schembri.

Is-Surmast Mifsud għandu esperjenza kbira fl-organizzazzjoni u direzzjoni artistika ta’ numru ta’ spettakli mużikali.  Fl-2004 ipproduċa u dderieġa l-ewwel edizzjoni tan-National Orchestra Goes Pop.  Bħala solista fuq il-kurunetta, Sigmund daqq f’diversi kunċerti.  Sigmund kien ukoll konsulent fuq numru ta’ avvenimenti mużikali kbar li ġew imtella f’pajjiżna f’dawn l-aħħar snin.  Rockestra hi l-aħħar suċċess fuq livell nazzjonali għal dan is-Surmast.

Preżentament is-Surmast Mifsud hu s-Surmast Direttur tal-Banda Sliema u Chairman ta’ l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ Malta.

F’April li għadda, is-Soċjetà Filarmonika La Stella ħatritu bħala guest conductor tagħha u sussegwentament is-Surmast Mifsud idderieġa b’suċċess l-ewwel edizzjoni tal-kunċert RockAstra nhar it-8 ta’ Ġunju, memorja li ser tinkiteb b’ittri tad-deheb fl-istorja riċenti tas-Soċjetà Filarmonika La Stella.

Id-dettalji ta’ preżentazzjoni uffiċjali tas-Surmast Mifsud mal-Banda Ċittadina La Stella ser jiġu mħabbra fil-ġranet li ġejjin.  Il-Kumitat tas-Socjeta Filarmonika La Stella iqis l-ħatra tas-Surmast Mifsud fid-direzzjoni artistika tal-Banda Cittaddina La Stella bħala pass importanti fl-istorja riċenti tagħha li tipprometti aktar suċċessi fil-futur. L-istess Soċjetà tħossha onorata li s-Surmast Mifsud ser ikun parti mill-familja tagħha u tinsab gratha lejn id-disponnibilità u l-impenn tiegħu.

(Ritratti: Tonio Schembri | Joe Attard)