Join Us On:

News Archive

MONUMENT F’ĠIEĦ IL-PROFESSUR JOSEPH VELLA (ATTIVITA POSPOSTA GĦAL DATA OĦRA)

MINĦABBA L-MALTEMP LI HEMM IMBASSAR GĦAL GĦADA, IL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX FLIMKIEN MAL-FAMILJA TAS-SURMAST VELLA IDDEĊIDEW LI JIPPOSPONU L-ATTIVITAJIET LI KIEN HEMM IPPJANATI GĦAL GĦADA.  ID-DATA L-ĠDIDA TITĦABBAR AKTAR TARD.

______________________________________________________________

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella ser tkun qed issellem, b’ unur u bi gratitudni, il-memorja tal-Professur Joseph Vella, Surmast Direttur tal-istess Soċjetà għal 48 sena, fl-ewwel anniversarju tat-telfa tiegħu.

Dan ser isir nhar il-Ħadd 24 ta’ Frar 2019 f’attività organizzata mill-Ministeru għal Għawdex, li fiha ser jigi inawgurat monument ta’ dak li issa huwa deskritt bħala l-ġenju mużikali tal-Gżejjer Maltin. Is-sehem tal-Banda Ċittadina La Stella ser jinkludi sfilata ta’ marċi brijużi, kompożizzjoni ta’ Professur Vella, fi Triq ir-Repubblika, li tibda fil-10.00am u sehem dirett waqt iċ-ċeremonja fil-Ġnien Villa Rundle, u li fiha ser jiġi inawgurat il-monument. Waqt l-imsemmija ċerimonja, il-Banda Ċittadina u Dekana La Stella ser tkun qed tesegwixxi numru ta’ innijiet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur tagħha, Dr John Galea.

Il-Kav Paul M. Cassar, f’isem is-Soċjetà Filarmonika La Stella, ser jkun qed jagħmel diskors tal-okkażjoni dwar is-Surmast Joseph Vella u r-rabta tiegħu mas-Soċjetà Filarmonika La Stella u t-Teatru Astra.

MaestroJosephVella