Join Us On:

News Archive

MONS ALFRED XUEREB MAĦTUR DELEGAT TAL-PAPA

DSC_0020 xuereb-benedicto 1_0_750726 1196654593-mgr-alfred-xuereb-Report-Pope-Francis-has-chosen-Gozitan-pr

Il-Papa Frangisku ħatar lis-Segretarju Privat tiegħu, Mons Alfred Xuereb, bħala Delegat tiegħu fuq żewġ Kummissjonijiet importanti li se jkunu qed jaħdmu fuq riformi meħtieġa fil-Vatikan. Mons Xuereb se jkun id-Delegat tal-Papa fil-Kummissjoni dwar l-Istitut għax-Xogħolijiet tar-Reliġjon, li hu magħruf aħjar bħala l-Bank tal-Vatikan, kif ukoll Delegat tal-Kummissjoni dwar l-Organizzazzjoni tal-Istruttura Ekonomika u Amministrattiva tas-Santa Sede.

Mons Alfred Xuereb, membru tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri fir-Rabat Għawdex, kien appuntat Segretarju Personali tal-Papa attwali f’Marzu li għadda. Huwa serva wkoll għal ħames snin fil-kariga ta’ Assisent Segretarju Personali mal-Papa Benedittu XVI. Fr Alfred, kif nafuh aħna, kien ordnat Saċerdot fl-1984 u ilu jaħdem mal-Kurja Rumana fil-Vatikan mill-1995, u mill-2000 fil-Prefettura ta’ dik li tissejjaħ il-Papal Household. F’Settembru 2003, Ġwanni Pawlu II onorah bit-titlu Papali ta’ Prelat Onorarju.

Minn din il-paġna nixtiequ nifirħu lil Monsinjur Xuereb.  Il-ħatra tiegħu tagħmel kburin mhux biss il-Ġorġjani imma lil Għawdex u Malta kollha.