Join Us On:

News Archive

MERĦBA !

Merħba. F’isem is-Soċjetà Filarmonika La Stella nilqagħkom f’din il-website rinnovata, sit elettroniku li aktar minn qatt qabel jipprometti li jkun l-ħolqa bejn ir-realtà li tirrapreżenta is-Soċjetà La Stella u l-eluf ta’ membri, soċji u partitarji u li jinsabu mxerrdin mhux biss ġewwa Għawdex u Malta imma anke’  lil’ hemm minn xtutna.

Is-Soċjetà La Stella fil-futur qarib u fis-snin li ġejjin għandha żminijiet importanti li qed jistennewha, festi kbar li trid tiċċelebra u tragwardi artistiċi oħra li trid tilħaq. Permezz ta’ din il-website, li issa tixraq aktar għal żminijietna, inti tista’ tkun parteċipi f’dan kollu.  Mill-kumdità ta’ darek u minn fuq it-tablets elettronici tista’ tgħix aktar mill-qrib, l-mixja u l-ħajja ta’ din ir-realtà unika li l-qalb tagħha tinsab fil-Każin tagħna fiċ-ċentru tal-Belt ta’ din il-gżira – imma r-ruħ tagħha hi espressa f’dak kollu li hu tal-istilla u ġorġjan, l-banda La Stella b’ kalendarju impenjattiv matul s-sena kollha, l-festa ta’ San Ġorġ, dik li hi ‘’l-aktar popolari fil-gżira’’ u- Teatru Astra li l-istorja u realtà ta’ llum għamlitu protagonist ewlieni fix-xena kulturali u artisitika tal-gżejjer Maltin.

F’isem l-amministrazzjoni nsellem lil dawk kollha li ħadmu fuq dan il-proġett speċjalment lit- tim tekniku u editorjali. Nkompli nappella ukoll għall-ġenerożità tagħkom sabiex proġetti oħra bħal dawn jkunu jistgħu jiġu ffinazjati.

Din ir-rinovazzjoni tfisser pass ieħor sabiex b’rieda sħiħa u ħeġġa ġdida s-Soċjetà La Stella tkompli tirrapreżenta u tmexxi l-quddiem dak kollhu li l-fundaturi tas-Soċjetà u predeċessuri tagħna ħadmu għalih.

Michael Formosa 
Segretarju Amministrattiv