Join Us On:

News Archive

MADAMA BUTTERFLY FULLY BOOKED

Bi pjaċir u sodisfazzjon kbir inħabbru li Madama Butterfly li se titella’ llum hija fully booked, kif kienet fully booked ukoll ir-rapreżentazzjoni tal-Ħamis li għadda.  Jiddispjaċina għan-numru kbir ta’nies li din il-ġimgħa ċemplu, kitbulna u saħansitra ħafna minnhom ġew personalment it-Teatru biex jakkwistaw biljett u kellna ngħidulhom li ma hemmx post.  Sal-bieraħ filgħaxija stess in-nies baqgħu jippruvaw jixtru l-biljetti.

Dan is-suċċess jagħmlilna kuraġġ kbir għall-futur. Meta tara li minn ġimgħat qabel, il-postijiet kienu kważi bbukkjati fiż-żewġ dati tal-opra aħna ma nistgħux ma ngħidux "grazzi" lilkom li dejjem emmintu fina, fil-livell għoli li t-Teatru Astra kapaċi jilħaq u fil-kwalità tajba ta’ kantanti li ħadu sehem kull sena.  Is-suċċess ta’ din is-sena kien rigal għas-Soċjetà anke minħabba anniversarju partikulari.  L-Opra tal-Ħamis li għadda kienet il-50 opra li saret fit-Teatru Astra, storja ta’ suċċess li bdiet fl-1978 u għadha sejra hekk sal-lum.

Intant il-booking għall-opra tas-sena d-dieħla, Otello, huwa miftuħ.  Wieħed jista’ jibda jibbukkja minn issa fuq [email protected] jew iċempel fuq 79256897.  Aktar informazzjoni fuq www.mediterranea.com.mt