Join Us On:

News Archive

‘MADAMA BUTTERFLY’ FIT-TEATRU ASTRA

Hekk kif il-lejla jiftaħ il-Festival Mediterranea 2011 bl-opra lirika Norma, il-kumitat organizzativ bi pjaċir iħabbar li s-sena d-dieħla se ssir Madama Butterfly ta’ Giacomo Puccini.  Bħalma sar dejjem f’dawn l-aħħar snin l-opra se tinżamm fl-aħħar Sibt tax-xahar ta’ Ottubru kif ukoll il-Ħamis ta’ qabel.  Għalhekk l-appuntamenti għas-sena 2012 se jkunu il-Ħamis 25 ta’ Ottubru u s-Sibt 27 ta’ Ottubru.  Aktar informazzjoni tkun tista’ tinkiseb fis-sit uffiċjali tal-festival www.mediterranea.com.mt