Join Us On:

News Archive

‘LORD OF THE FLIES’ FIT-TEATRU ASTRA

Lord of the Flies - D 5x7 (2)

B’kollaborazzjoni mal-amministrazzjoni tat-Teatru Astra, il-Gozo Creative Theatre Club ser itella’ The Lord of the Flies mill-awtur u poeta Sir William Golding. Din il-preżentazzjoni ser tiġi mtella’ għeluq is-sittin sena mill-pubblikazzjoni ta’ din in-novella miktuba mill-awtur li rebaħ il-premju Nobel fil-letteratura.

The Lord of the Flies ġie adattat għall-palk minn Nigel Williams għal kumpanija Royal Shakespeare Company fl-1996. Din il-preżentazzjoni għadha popolari sal-ġurnata tal-lum peress li l-kontroversja fuq il-messaġġ politiku tagħha flimkien mal-perċezzjoni tagħha tan-natura umana għadhom suġġetti kontroversjali.

Din il-produzzjoni hija f’idejn George Mizzi, id-direttur artistiku tal-Gozo Creative Theatre Club. Jieħdu sehem aktar minn 20 attur fosthom Matthias Mercieca bħala Ralph, Andre’ Refalo bħala Jack, John Psaila bħala Piggy, Dylan Attard bħala Roger u Sam Anthony Grima bħala Simon.

Lord of the Flies ser tiġi mtella’ fit-Teatru Astra nhar is-Sibt 24 ta’ Jannar u l-Ħadd 25 ta’ Jannar 2015 fit-8.00 pm. Il-prezz ser ikun ta’ €5.00 u wieħed jista’ jixtri l-biljetti mill-bar tal-każin stess. Jistgħu jattendu mhux aktar minn 200 persuna u min jaħseb kmieni, jiġi moqdi l-ewwel. Produzzjonijiet speċjali ser jiġu mtella’ għall-istudenti tal-Form 5 u Sixth Form  nhar il-Ħamis 22 ta’ Jannar, u l-Ġimgħa 23 ta’ Jannar, 2015 fid- 9.00am u11.30am. Għall-istudenti l-prezz ser ikun ta’ €2.00.

LORD OF THE FLIES POSTER-2 5x7