Join Us On:

News Archive

“LEJL IMDAWWAL BIT-TORĊ” FIT-TEATRU ASTRA

Bħala parti minn “Lejlet Lapsi – Notte Gozitana” organizzata mill-Ministeru għal Għawdex flimkien mal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, nhar is-Sibt 19 ta’ Mejju 2007, ġewwa t-Teatru Astra ser jittella’ l-ispettaklu bl-isem “Lejl Imdawwal bit-Torċ” – spettaklu mtella’ mill-kumpanija ferm popolari Zoo Media & Entertainment.
Chrysander Agius, Claire Agius Ordway, Daniel Chircop u Owen Bonnici ser itellgħu produzzjoni komika oħra għat-tielet darba f’dan it-Teatru, u bla dubju din għandha tiġbed numru kbir ta’ nies. Għaldaqstant is-Soċjetà ‘La Stella’ li qed torganizza din is-serata ħasbet li ttella’ aktar minn show waħda fl-istess ġurnata. Il-ħinijiet tax-shows ser ikunu fit-8.00pm; fid-9.30pm; fil-11.00pm; fin-12.30am; u fis-2.00am. Jista’ jkun hemm aktar shows fuq talba ġenerali wara dawn il-ħinijiet. Din is-serata ser tittella’ bil-kollaborazzjoni ta General Soft Drinks; Dynamic Promotions; Arzella Restaurant (Marsalforn); Bonitos Restaurant (Xlendi) u Herbees Diner. Jistgħu jattendu biss dawk li għandhom minn 16-il sena ’l fuq. Il-prezz tad-dħul huwa ta’ Lm1 biss, u l-biljetti jistgħu jinxtraw mill-booking office tat-Teatru Astra sa siegħa qabel tibda l-ewwel show jiġifieri fis-7.00pm.

(ritratti: www.zoo.com.mt)