Join Us On:

News Archive

LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI 2020

Il-bieraħ filgħaxija nżammet il-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-Soċjetà Filarmonika La Stella għas-sena 2020 fit-Teatru Astra. Matul il-laqgħa, li ġiet immexxija mill-President tas-Soċjeta’ Michael Formosa, fost l-oħrajn ġew preżentati ir-rapport amminstrattiv mis-Segretarju Matthew Zammit u r-rendikonti finanzjarji mill-Kontrollur Finanzjarju Joseph Tabone.  Waqt il-laqgħa kienu preżenti wkoll l-awdituri esterni PKF fejn għamlu r-rapport tagħhom u ġew ippreżentati r-rapporti finanzjarji tas-sotto kumitati.

Il-Laqgħa Ġenerali, fuq mozzjoni preżentata mill-Kumitat Direzzjoni Banda, tat b’ mod unanimu, mandat ieħor ta’ sena lill-Kumitat Ġenerali u lill-President tas-Soċjetà.

Matul il-laqgħa saru wkoll preżentazzjonijiet dwar id-diversi proġetti ta’ xogħolijiet li għaddejjin bħalissa fosthom il-bini tas-sala Mro Joseph Vella, xogħolijiet fit-Teatru Astra, xogħolijiet dwar l-installazzjoni tal-pannelli fotovoltajiċi, manutenzjoni u r-rinnovazzjoni tal-foyer.

thumbnail_20210123_190533