Join Us On:

News Archive

LA TRAVIATA: IMĦABBRA L-KANTANTI

Il-parti ta’ Violetta, f’La Traviata tat-Teatru Astra f’Ottubru li ġej ġiet afdata fis-sopran Għawdxija Miriam Cauchi filwaqt li l-parti ta’ Alfredo se jagħmilha t-tenur popolari taljan Giulio Pelligra, li kien magħna wkoll f’Lucia di Lammermoor tas-sena l-oħra.  Il-parti ta’ Germont se tiġi nterpretata minn Maxim Aniskin, filwaqt li Oana Andra se tinterpreta l-parti ta’Flora.

Is-surmast ta’ fama internazzjonali Philip Walsh se jmexxi l-orkestra filwaqt li bħal fl-aħħar tmin snin id-direzzjoni artistika se tkun taħt Enrico Stinchelli.

Ma hemmx dubju li l-opra għandha l-ingredjenti kollha biex tkun suċċess kbir, kif inhu xieraq fil-50 anniversarju tat-teatru.

www.teatruastra.org.mt

Maxim Aniskin Photo Miriam Cauchi Giulio Pelligra Oana Andra