Join Us On:

News Archive

L-OPRA ‘RIGOLETTO’ F’OTTUBRU FIT-TEATRU ASTRA

Kienet l-opra Rigoletto ta’ Giuseppe Verdi li fetħet it-triq għal 25 opra lirika li ttellgħu fit-teatru Astra f’dawn l-aħħar wieħed u tletin sena. Din is-sena l-amministrazzjoni tas-Soċjeta’ La Stella flimkien mal-kumitat responsabbli minn Festival Mediterranea għażlu għal darb’oħra li jtellgħu din l-opra Verdjana. Din ser tkun qed tittella’ fit-teatru Astra għat-tielet darba, wara dawk tal-15 ta’ Settembru 1978, u tat-28 ta’ Marzu 1998. Għal sena oħra ser isiru żewġ rappreżentazzjonijiet ta’ din l-opra: il-Ħamis 29 t’Ottubru u s-Sibt 31 t’Ottubru.

Din il-produzzjoni ser tkun bla dubju l-aktar avveniment mistenni fit-tmien edizzjoni ta’ Festival Mediterranea, organizzat mis-Soċjeta’ Filarmonika La Stella, bejn Ottubru u Novembru ta’ din is-sena. Il-programm sħiħ tal-festival inħabbruh aktar ‘il quddiem fuq dan is-sit u fuq is-sit www.mediterranea.com.mt.

L-opra Rigoletto ser tittella’ bil-parteċipazzjoni ta’: Peter Danailov, fil-parti ta’ Rigoletto; Miriam Cauchi (sopran) fil-parti ta’ Gilda; it-tenur Antonino Interisano fir-rwol ta’ Duka ta’ Mantua; Franco de Grandis fil-parti ta’ Sparafucile; u Emilia Boteva li ser tinterpreta r-rwol ta’ Maddalena. Għal baritonu Peter Danailov din ser tkun l-ewwel dehra tiegħu fit-teatru Astra. Id-direzzjoni artistika għal sena oħra ser tkun f’idejn Mario Corradi, filwaqt li dik mużikali ser tkun f’idejn il-Prof. Joseph Vella. Tieħu sehem l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali (leader: Marcelline Aguis) u l-kor tat-teatru (choir mistress: Dr Maria Frendo).

Il-booking għaż-żewġ rappreżentazzjonijiet tal-opra Rigoletto huwa miftuħ. Il-prezzijiet tal-biljetti huma:

L-ewwel rappreżentazzjoni – il-Ħamis 29 t’Ottubru:
 
Balcony: €40.00 
 
Auditorium flat part + Upper Steps & Side Boxes: €70.00
 
Auditorium Golden Tickets: €110 
 
 
 
It-tieni rappreżentazzjoni – is-Sibt 31 t’Ottubru:
 
Balcony : €50.00 
 
Auditorium flat part + Upper Steps & Boxes : €70.00
 
Auditorium Golden Tickets: €110 
 
 
 
Golden Tkts: Auditorium steps (lower section) + First Interval Drinks + Dinner with the Stars. 
Għal bookings wieħed jista’ jċempel fuq 2155 0985 jew 9988 3007. Wieħed jista’ jibbukkja wkoll billi jibgħat email fuq: [email protected]

Aktar tagħrif: [email protected] | [email protected]