Join Us On:

News Archive

L-OPRA OTELLO FIT-TEATRU ASTRA

otello banner FOR PRINT - low res Otello hija waħda mill-aqwa opri ta’ Giuseppe Verdi u kien appuntu għalhekk li t-Teatru Astra għażel lilha biex f’Ottubru li ġej tiftaħ it-tnax-il edizzjoni ta’ Festival Mediterranea, liema programm bħalissa qed jiġi ffinalizzat.  ‘Il-ġurnal The Sunday Times of Malta tal-Ħadd li għadda ta prominenza kbira lill-Otello li ser issir mill-ġdid fit-Teatru Astra b’featrue ta’paġna ġewwa s-sezzjoni ta’ l-arti u l-kultura tal-gazzetta.

Din is-sena huwa l-mitejn anniversarju mit-twelid tal-kompożitur, u l-kumitat tat-tmexxija ma setgħax ma jagħżilx waħda mill-aqwa opri tiegħu u li fl-istess ħin waħda li tkun popolari mal-udjenza lokali. Din kienet ukoll l-aħħar opra li ttellet fit-Teatru Astra qabel ma nħaraq fl-2003.  Bħas-soltu bħalissa qed isiru kuntatti biex jiġu ngaġġati kantanti mill-aqwa għal dan l-avveniment.

437px-Verdi

Otello hija opra ta’ Giuseppe Verdi bbażata fuq dramm ta’ Shakespeare,  l-istess bħal f’Macbeth.  Otello ttellet l-ewwel darba fit-Teatro alla Scala f’Milan fl-1887, u kienet għamlet suċċess kbir. F’Malta saret l-ewwel  darba fit- Teatro Reale fil-Belt Valletta fit-30 ta ‘Marzu 1897 għaxar snin biss wara l-ewwel rappreżentazzjoni tagħha.

L-Otello li tinqasam f’erba’  atti u tieħu l-udjenza  lura għall-aħħar tas-seklu sittax fost intrigi ta’mħabba, passjoni, mibegħda, għira, qerq u traġedji !  L-opra hija meqjusa bħala waħda mill-aktar impenjattivi kemm għat-tenur, għall-baritonu kif ukoll għas-sopran.

Otello se ssir nhar il-Ħamis 24 u s-Sibt 26 Ottubru fil Teatru Astra. Il-Booking bħalissa huwa miftuħ u tista’ tikkuntattja l- helpdesk tal-festival fuq 21550985, 79256897 jew tibgħat email fuq [email protected] email. Aktar informazzjoni kif ukoll aġġornamenti regolari tista tarhom fil-ġimgħat li ġejjin fuq il-websajt www.mediterranea.com.mt.

Otello_2003 otello_13_20090523_1250258369 otello_4_20090523_1546469832

(Ritratti: Joe Attard)