Join Us On:

News Archive

L-OPRA NABUCCO FUQ TVM2

Nhar il-Erbgħa 14 ta’ Jannar l-opra lirika Nabucco li ittellet fit-Teatru Astra f’ Ottubru li għadda se tintwera fuq TVM2 fid-8.45pm. Din it-trasmissjoni hija frott ta’ ftehim li sar bejn it-Teatru Astra u l-PBS u dan l-avveniment huwa meqjus bħala wieħed importanti ħafna għall-opra lirika f’pajjiżna.

L-opra Nabucco fit-Teatru Astra kienet taħt id-direzzjoni artistika ta’ Enrico Stinchelli filwaqt li l-orkestra nazzjonali kienet taħt it-tmexxija tal-Prof. Joseph Vella.  Il-kor ġie imħarreġ minn Dr. Maria Frendo filwaqt li x-xenarju kien fdat f’idejn ix-xenografu Joseph Cauchi u t-tim tiegħu.  L-istess xenarju għadu kif intuża b’suċċess kbir ġewwa Rimini, l-Italja, għal rappreżentazzjoni ta’ Nabucco.  L-opra Nabucco li saret fit-Teatru Astra f’ Ottubru li għadda kellha ż-żewġt rappreżentazzjonijiet ‘fully-booked’.

JMJ_2544 JMJ_2591 JMJ_2619 JMJ_2612  JMJ_2622

(Ritratti: Joe Attard)