Join Us On:

News Archive

L-ISTRINA – L-GĦADA TAL-MILIED FIT-TEATRU ASTRA

Din is-sena l-ispettaklu l-Istrina – l-għada tal-Milied f’Għawdex se jsir fit-Teatru Astra. Il-Kumitat tas-Socjeta Filarmonika La Stella, l-Malta Commjnit Chest Fund u l-Uffiċċju tal-President ta’ Malta  ilu jaħdem fuq l-organizzazzjoni tax-show li se jinkludi s-sehem speċjali tal-kantanta popolari Ira Losco u tal-Banda Ċittadina La Stella. Għal din l-okkażjoni l-banda se tkun taħt id-direzzjoni tal-Assistent Surmast Sigmund Mifsud. Matul is-serata se jkun hemm kollegamenti live waqt il-maratona l-Istrina 2013 fuq it-televiżjoni.

Parteċipanti oħra jinkludu l-bands popolari The Tramps, Cash & Band, Melanie & Band u diversi skejjel taż-żfin fosthom: Yada Dance Company, Centre Stage Academy, Powerhouse u Dance Cradle. Se jkun hemm il-parteċipazzjoni wkoll tal-kor Laudate Pueri, il-kor tat-tfal Piccole Stelle u La Stella Dramatic Company.

L-attivitajiet fit-Teatru Astra se jibdew mit-3.00 ta’ wara nofsinhar b’diversi items fil-foyer tat-teatru fosthom divertiment għat-tfal, Mini Christmas Market u affarijiet oħra.  L-ispettaklu taż-żfin, drama, mużika u kant ikun bejn il-5pm u d-9pm.  Presepju life size maħdum mill-artist Ghawdxi Adonai Camilleri Cauchi, ser ikun attrazzjoni oħra għall-dawk kollha li ser izuru t-Teatru Astra nhar l-istrina.

Id-dħul għall- ispettaklu se jkun b’xejn. Din l-inizjattiva, li se ssir f’kollaborazzjoni mal-Community Chest Fund, għandha l-għan nobbli li tiġbor fondi biex aktar ‘l quddiem tkun tista’ tqassamhom lil diversi għaqdiet u nies li jkollhom bżonnijiet partikulari u li qegħdin f’diffikultà. Il-Management tat-Teatru Astra jħeġġeġ lill-Għawdxin u lil dawk kollha li se jkun fit-gżira tat-tliet għoljiet l-għada tal-Milied, biex jasal wasla sat-Teatru Astra u minbarra li jieħu gost jassisti għal xi waħda mid-diversi attivitajiet ikun ukoll qed jgħin biex is-serata tkun suċċess.

Min naħħa tagħna bħalissa għaddejjin b’ħidma kbira fit-Teatru biex norganizzaw din l-attività mill-aħjar possibbli.  Imma s-suċċess ikun kbir biss jekk intom tipparteċipaw matul s-serata.  Għalhekk żommu l-appuntament għas-26 ta’ Diċembru u aslu wasla sat-Teatru biex tiddevertu u fl-istess ħin tgħinu.

Għal aktar informazzjoni żuru dan is-sit jew www.l-istrina.org.
POSTER A4 UPDATE 2