Join Us On:

News Archive

L-IKLA TA’ SAN MIKIEL

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella, flimkien mal-Għaqda tal-Armar fi ħdanha, ser jorganizzaw l-ikla tradizzjonali ta’ San Mikiel fi Pjazza San Ġorġ, nhar is-Sibt 29 ta’ Settembru, fit-8.00 pm.   Id-dħul minn din l-attività se jmur għall-festa ta’ San Ġorġ 2013.
Għalhekk ikun ta’ sodisfazzjon kbir għalina lkoll li tiġu flimkien magħna biex inqattgħu ftit ħin ta’ rikreazzjoni u fl-istess ħin inkunu qegħdin ngħinu fl-ispejjeż tal-festa tant għażiża għalina. Mela ejjew biex bħalha familja waħda, il-familja Ġorġjana, niltaqgħu fi Pjazza San Ġorġ nhar id-29 ta’ Settembru. Biljetti jisewew €15 u jinkisbu mingħand; Cafe San Ġorġ, Vajrinġa Supermarket jew Ta’Salvina Discount Store jew mingħand l-organizzaturi.