Join Us On:

News Archive

L-EWWEL JUM TAT-TRIDU

Il-Bieraħ filgħaxija kompliet il-festa ta’ San Ġorġ Patrun u Protettur t’Għawdex bl-ewwel jum tat-Tridu u naturalment kif inhi magħrufa, d-dimostrazzjoni ta’ San Ġorġ taż-Żiemel, xogħol Alfred Camilleri Cauchi (1987).
Fis-6.30pm kien hemm il-kant solenni tal-Għasar mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata flimkien mal-ġemgħa liturġika, ippresedut mill-Kan. Joseph A. Borg. Il-Priedka tat-Tridu għamilha Dun Richard Nazzareno Farrugia fejn ġie milqugħ b’applaws kbir hekk kif spiċċa. Wara indaqqu l-innu u l-antifona u kien hemm il-Barka Ewkaristika, ppreseduti milll-Kan. Giovanni Bosco Cremona.
Fid-9.30pm imbagħad bdiet id-dimostrazzjoni bis-sehem tal-Banda Ċittandina La Stella u tal-Banda Santa Margerita ta’ Sannat li akkumpanjaw l-istatwa ta’ San Ġorġ matul it-toroq ewlenin fosthom minn quddiem il-Każin La Stella, sakemm waslet fil-Pjazza ta’San Ġorġ. Fost iċ-ċapċip u kant tal-innu marċ l-istatwa telgħet fuq il-pedestall. L-entużjażmu taż-żġħażagħ kien wieħed qawwi ħafna u dan jawgura tajjeb għall-bqija tal-ġimgħa. 
Illejla imiss it-tieni jum tat-Tridu u d-dimostrazzjoni ta’ San Ġorġ Patrun t’Għawdex xogħol ta’ Michael Camilleri Cauchi (2008), fejn fid-9pm jibda marċ mill-Banda ta’ Santa Katarina taż-Żurrieq minn Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ. Wara tingħaqad magħhom il-Banda Santa Marija taż-Żebbuġ fejn jispiċċa f’Pjazza Savina, fejn issir ukoll preżentazzjoni awdjo-viżiva fuq San Ġorġ.