Join Us On:

News Archive

L-AĦĦAR TISLIMA LIL MICHELANGELO FORMOSA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella, l-bieraħ ħadet sehem fil-funeral ta’ Michelangelo Formosa, li miet nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Jannar 2012 fl-għomor ta’ 98 sena.

Il-Corteo beda’ minn Triq ir-Repubblika fit-3.30 pm u fl-4.00 pm saret quddiesa fil-Bażilika ta’ San Ġorġ.  Il-quddiesa kienet iċċelebrata minn Mons. Ġużeppi Farrugia, direttur spiritwali tas-Soċjetà, li kien akkumpanjat mill-Arċipriet  Mons. Pawlu Cardona,  l-Kapitlu u l-Kleru Ġorġjan kif ukoll xi saċerdoti oħra.

Is-Soċjetà kienet irrapreżentata mill-President is-Sur Pawlu Zammit flimkien mal-membri tal-kumitat u bosta bandisti.  Michelangelo Formosa kien l-aktar eks bandist anzjan u naturalment kien jaf tajjeb ħafna mill-istorja tagħna.  Kalanġ, kif kulħadd kien jafu, kien ilu jdoqq mal-banda 75 sena.

O Mulej agħtih l-mistrieħ ta’ dejjem u żomm idejk fuq il-familjari tiegħu f’dan il-mument ta’ firda.