Join Us On:

News Archive

L-AĦĦAR SERVIZZ FL-ISTAĠUN TAL-FESTI ’07

Illum il-banda “La Stella” tal-belt Victoria, tkun impenjata bl-aħħar servizz, fi staġun ferm impenjattiv tas-sajf 2007. Is-servizz tal-lejla jeħodna Għajnsielem, fejn ser tiġi ċċelebrata l-festa tal-Madonna ta’ Loreto. Il-banda tal-belt Victoria, ilha għal diversi snin tieħu sehem f’dak li huwa meqjus bħala l-aktar marċ popolari tul ġimgħa sħiħa ta’ festi f’dan ir-raħal. Il-banda “La Stella” ser tkun akkumpanjata mill-banda “San Ġużepp” t’Għajnsielem, banda li bħala surmast tagħha nsibu lill-ex bandist u ex assistent surmast tal-banda “La Stella”, Mro Sunny Galea.

Il-marċ tradizzjonali ta’ lejlet il-festa jibda minn Triq Ħamri, jgħaddi għal Triq Fawwara u jintemm fil-misraħ tal-parroċċa għall-ħabta ta’ nofs il-lejl, fejn wara jkun hemm ukoll spettaklu kbir ta’ logħob tan-nar ta’ l-art. Il-banda “La Stella” tkun qed tirreċiproka s-servizz li l-banda t’Għajnsielem għamlet nhar it-tielet jum tat-tridu, fil-festa ewlenija tal-belt Victoria, f’ġieh San Ġorġ Martri.

ritratti: www.ghajnsielem.com