Join Us On:

News Archive

L-AĦĦAR JUM TA’ PAPA BENEDETTU XVI

Illum hija ġurnata storika għall-Knisja Universali, ġurnata li fiha Papa Benedettu XVI se jirtira mit-tmexxija Knisja, minħabba l-kunidzzjoni ta’ saħħtu. Bħalma qal hu stess kienet deċiżjoni diffiċli ħafna u li saret wara ħafna talb u ħsieb. Dan il-papa nibqgħu nħossuħ qrib tagħna anke minħabba l-fatt li ġie Malta u minħabba l-preżenza qrib ħafna tiegħu ta’ saċerdot mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ, Mons. Alfred Xuereb.
Minn din il-paġna nistiednu l-parruċċani tagħna jingħaqdu mal-insara kollha fit-talb tagħhom biex isir dan il-passaġġ bl-aħjar mod possibbli fl-interess tal-Knisja u t-twemmin tagħna.