Join Us On:

News Archive

KUNĊERT MILL-PJANISTA NICHOLAS McCARTHY

Wara diversi appuntamenti l-ġimgħa li għaddiet, nhar is-Sibt 3 ta’ Novembru 2012 fit-8.00pm se jkollna kunċert uniku fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia, Bażilika ta’ San Ġorġ minn Nicholas McCarhty. Nicholas McCarthy huwa kkunsidrat bħala l-iżgħar pjanista fid-dinja li jdoqq bl-id ix-xellugija biss. Huwa ħa jkun qiegħed jirritorna Malta wara li f’ Settembru 2011 għamel kunċert ieħor fil-Palazz Vilhena. Postijiet fejn Nicholas daqq jinkludu St James’ Piccadilly, St Martin in the Fields, Fairfield Halls, Victoria and Albert Museum u Christchurch Cathedral f’Oxford.
 
Intant l-ġimgħa li għaddiet fetaħ Festival Mediterranea 2012 bl-opra lirika Madama Butterfly li ma hemmx għalfejn ngħidu kienet suċċess kbir. Din is-sena ż-żewġ rappreżentazzjonijiet kienu fully-booked, dik tas-Sibt minn diversi ġimgħat qabel.
 
Il-Ġimgħa mbagħad, kellna taħdita ferm interessanti mill-istoriku n-Nutar Dr. Paul George Pisani fil-Bażilika ta’ San Ġorġ dwar l-istorja tal-Bażilika, t-tradizzjonijiet Kristjani u d-diversi biċċiet ta’ arti mportanti li jżejnu dan it-tempju. Filgħaxija sar ukoll spettaklu uniku f’ Kempinski San Lawrenz Tango Emocion, li għalija attendew ukoll ħafna nies. 
 
Oana Andra, li s-sena l-oħra kantant fl-opra Norma, għamlet ukoll kunċert vokali fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia fejn kantat diversi biċċiet minn opri famużi.
 
Is-Sibt filgħodu se jkun hemm taħdita mill-Professur Victor Mallia-Milanes dwar aspetti soċjali u ekonomiċi ta’ żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann. Din se ssir fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia (u mhux kif avżat qabel fil-Banca Giuratale) fl-10.00 am.