Join Us On:

News Archive

KUNĊERT TAL-MILIED MILL-KOR TAT-TFAL PICCOLE STELLE

Il-bieraħ filgħaxija, ġewwa l-Bażilika ta’ San Ġorġ sar il-kunċert tant mistenni mill-kor tat-tfal tat-Teatru Astra, Piccole Stelle.  Il-kunċert kien jikkonsisti f’numru ta’ Christmas Carols imħejjija apposta għal din l-okkażjoni speċjali.  Wieħed irid japprezza li biex isir dan il-kunċert l-isfida kienet kbira mhux ħażin minħabba l-limitazzjonijiet tal-pandemija fejn provi ftit li xejn setgħu isiru.

Il-kor kien taħt it-tmexxija ta’Ms Sylvana Attard li b’tant paċenzja u dedikazzjoni ħejjiet lit-tfal fil-ġimgħat ta’qabel.  Matul is-serata ħadu sehem ukoll il-pjanista Ms Amy Rapa u fuq il-flawt Ms Sarah Cassar fejn akkumpanjaw xi wħud mill-innijiet. Is-serata kienet ippreżentata mis-Sur Andrea Camilleri.  Fl-aħħar tal-program saru wkoll żewġ kelmiet tal-okkażjoni mis-Sur Michael Formosa, President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella.

Din is-serata saret bl-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex u d-Direttorat tal-Kultura.

Ritratti: Joe Attard