Join Us On:

News Archive

KUNĊERT MILL-ISTUDENTI TAL-ISKOLA TAL-MUŻIKA TAL-BANDA TAGĦNA

Nhar il-Ħamis li għadda sar kunċert mill-alljievi tal-iskola tal-mużika tal-Banda Ċittadina La Stella, ġewwa l-Cultural Hub tat-Teatru Astra, liema kunċert kellu l-isem ta’ Showcasing Tomorrow’s Performers, bħala parti mill-attivitajiet ta’ Festival Mediterranea 2022.

Matul il-kunċert l-istudenti tal-brass u dawk tal-woodwind daqqew siltiet kemm solo, akkumpanjati mill-pianoforte, kif ukoll biċċiet ensamble. Dawn kienu is-siltiet li indaqqu matul is-serata:

Strumenti tal-Woodwind:
Justin Cauchi – Clarinet – Waltz for libby – Andy Firth
Kristen Grima – Clarinet – Pilgrim’s March – Felix Medelssohn
Jurgen Bugeja – Clarinet – Abiyoyo – Traditional South African
Luke Spiteri – Saxophone Alto – Waltz – D. B. Kabalevsky
Luca Galea – Saxophone Alto – Allegro – Antonio Vivaldi
Karmeen Cutajar – Clarinet – Lotus Talk – Colin Evans
Paul Cassar – Clarinet – Venetian Gondolies – Felix Medelssohn
Kurt Vella – Clarinet – Romance – Wolfgang Amadeus Mozart
Giuseppe Buttigieg – Clarinet – Sheperd’s Hey- Folk dance
Talitha Buttigieg – Clarinet – Ländler- Carl Reinecke

Strumenti tal-Brass:
Joseph Attard – Trumpet
1. A Knight’s Tale Philip Sparke
2. Puppet’s Dance by Philip Sparke
Keith Vella – Trombone
1. California, here I come by Jolson Meyer
2. Neighbours by Tony Hatch
Eman Camilleri – Baritone Horn
1. Strollin by David A. Stowell
2. My Lady’s Pavan by Philip Sparkes
Jurgen Mercieca – Trombone
1. Anvil Chorus from il Trovatore Arr. by Jerry Herman.
2. Hello Dolly by Jerry Herman
Jerome Vella -French Horn
1. Dad’s Army Perry Taverner
2. Where is Love by Lionel Bart

Biċċiet Ensemble:
1. Overture by Wolfgang Amadeus Mozart
2. La Cucaracha, Mexican folk song arranged by Matt Kingston

Din is-serata kienet, imħejjija mill-għalliema tas-sezzjonijiet, George Camilleri tal-Brass, Michael Bonanno u Courtney Caruana tal-Woodwind, u taħt id-direzzjoni tas-Surmast tal-banda, Dr John Galea.  Fuq il-pianoforte akkumpanjaw is-Surmast Galea u Karolynn Ellis.  Is-serata kienet ippreżentata minn Lorna Tabone.

Dan l-avveniment sar bl-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex u d-Direttorat tal-Wirt Kulturali t’Għawdex u l-Aġenzija Żgħażagħ.