Join Us On:

News Archive

KUNĊERT MILL-ALLJIEVI U L-BANDISTI L-ĠODDA – ILLEJLA FIL-KAŻIN

134428

Bħalissa jinsabu għaddejjin l-aħħar tħejjijiet għall-kunċert tal-lejla, li fih ser naraw lil għadd sabiħ ta’ bandisti ġodda u oħrajn prospettivi, hekk imsejħa alljievi, jesegwixxu siltiet mużikali għall-ewwel darba quddiem udjenza.  Bla dubju ta’ xejn, din ser tkun għalihom esperjenza eċitanti li ser tagħtihom ċans jesprimu l-ħiliet mużikali tagħhom fil-pubbliku.  Is-Soċjetà Filarmonika La Stella qed tqis din l-attivitá bħala waħda importanti ferm, għaliex huwa f’dawn l-alljievi u f’dawn il-bandisti ġodda li hija tista’ tilmaħ il-futur immedjat tagħha.  Għaldaqstant, is-Soċjetà tħeġġeġ mill-ġdid lill-partitarji tagħha sabiex illejla, fit-7.45pm, jiġu l-każin sabiex jagħtu l-appoġġ tagħhom lil dawn it-tfal, żagħżagħ u adulti li qed iwettqu l-istudji mużikali tagħhom fl-iskola tal-mużika tas-Soċjetà Filarmonika La Stella.  Il-preżenza tal-partitarji Ta’ l-Istilla hija importanti ħafna għaliex biha nkunu qed nappoġġjaw u ninkuraġġixxu lil dawn il-bandisti tagħna.  Wara l-kunċert ser jiġi offrut festin ċkejken sabiex naqsmu flimkien dan il-mument sabiħ.