Join Us On:

News Archive

KUNĊERT MILL-ALLJIEVI TAL-BANDA

Il-bieraħ assistejna għal kunċert mill-alljievi tal-Banda Ċittadina La Stella li xxandar fuq il-Facebook Page tagħna.  Prosit tassew lil dawk kollha li ħadu sehem, l-għalliema George Camilleri, Michael Bonanno u Mario Galea, il-preżentazzjoni ta’ Andrea Camilleri, u dawk kollha li ħadmu minn wara l-kwinti fuq is-sound, filmati u l-produzzjoni.  Ta’ min jgħid grazzi u prosit ukoll lill-kumitat tas-Soċjetà tagħna, li minkejja d-diffikultajiet li ġabet  magħha l-pandemija, dejjem żamm lill-istudenti fiċ-ċentru tal-attività.

F’dawn l-aħħar tliet snin ġiet organizzata struttura fit-tagħlim fi ħdan l-iskola tal-mużika tal-Banda Ċittadina La Stella, b’investiment fir-riżorsi u strutturi fejn isir it-tagħlim.  Il-każin għandu klassi speċjali mgħammra b’kollox.  Il-ħidma tal-iskola tal-mużika hi kkordinata minn working group immexxi mill-President tas-Soċjetà La Stella u jinkludi wkoll lill-għalliema u s-Surmast.

Link biex tara l-video.

_JMJ2326

_JMJ2331