Join Us On:

News Archive

KUNĊERT MILL-ALLJIEVI TAL-BANDA

Minkejja d-diffikultajiet kbar tal-aħħar xhur, it-tagħlim tal-mużika fil-Każin tal-Banda La Stella ma qata’ qatt u għadu għaddej sal-ġurnata tal-lum, grazzi għad-dedikazzjoni tal-għalliema, studenti u ġenituri.

Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Ottubru ser jittella’ il-programm mużikali annwali mill-alljievi tal-Banda Ċittadina La Stella fit-Teatru Astra li ser jkun mxandar live fuq il-paġna tal-Facebook.

Għalhekk inħeġġukom tingħaqdu magħna mid-djar tagħkom stess permezz tat-teknoloġija u fl-istess ħin tkunu qed tagħmlu kuraġġ lill-istudenti tagħna.  Hija t-tama tagħna li ngħaddu minn din il-pandemija malajr kemm jista’ jkun ħalli nerġgħu għan-normalità.

Is-serata ser tittella’ bil-kollaborazzjoni tad-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

Serata Alljievi 2020 v2