Join Us On:

News Archive

KTIEB ĠDID DWAR IT-TEATRU ASTRA

Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella bi pjaċir qed tħabbar pubblikazzjoni ġdida – ‘Teatru Astra, Proġett għal Dejjem’ ktieb li jiġbor fih il-memorji tas-Sur Paul M. Cassar, eks Segretarju Ġenerali u President tas-Soċjeta Filarmonika La Stella, li fost l-oħrajn kien mexxa l-Kumitat fil-proġett tal-bini tat-Teatru Astra.

Dan hu ġest ċkejken mill-amministrazzjoni tas-Soċjeà Filarmonika La Stella sabiex tkun ikkonsenjata lill-istorja l-ħidma li l-ġenerazzjonjiet ta’ qabilna għamlu sabiex illum ngawdu wirt prezzjuz.

Fil-ġranet ta’ qabel it-tnedija uffiċjali, li ser issir fil-ġimgħat li ġejjin, ser tkun qed tingħata l-possiblita li wieħed jordna bil-quddiem din il-pubblikazzjoni bi prezz speċjali. Prezzijiet speċjali japplikaw għas-Soċji.

Din l-inizjattiva hija sostnuta bl-iskema “Ministry for Gozo NGO Assistance Scheme” programm ta’ finanzjament għall-Organizzazzjonijiet Volontarji f’Għawdex.

minimal-mockup-featuring-a-hardcover-book-33648 (1)