Join Us On:

News Archive

KONFERENZA BIEX TFAKKAR LIS-SUR PAUL M CASSAR

Dalgħodu saret konferenza biex tfakkar lis-Sur Paul M Cassar fl-okkażjoni tal-ewwel anniversarju mill-mewt tiegħu.  Il-konferenza li kien jisimha Paul M Cassar – A Celebration inżammet ġewwa s-Sala Joseph Vella  fil-Kazin La Stella, li għadha kif inbniet riċentament.

20220212_101131

Il-konferenza fetħet b’messaġġ qasir mill-President attwali tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, s-Sur Michael Formosa, u dritt wara stienden lis-Sur Dolindo Cassar biex jagħmel l-ewwel intervent tiegħu fejn tkellem dwar memorji familjari ta’ ħuħ Pawlu.   Wara kien imiss l-intervent tas-Sur Carmel Zammit li naturalment tkellem dwar il-memorji u l-kollaborazzjoni tiegħu mas-Sur Paul M Cassar speċjalment fejn jidħol il-palk u l-produzzjonijiet teatrali tal-ewwel snin.  Fl-aħħarnet għamlet l-intervent tagħha Dr Maria Frendo billi tkellmet dwar id-dedikazzjoni u deċizjonijiet li s-Sur Pawlu Cassar għamel għal ġid tat-Teatru Astra u l-impenn tiegħu biex il-livell tal-produzzjonijiet baqa’ dejjem jitjieb.

Għal din okkażjoni attendew fost l-oħrajn l-Onor. Dr Joseph Ellis, familjari tas-Sur Paul M Cassar, is-Surmast Direttur Dr John Galea, membri tal-kumitat, partitarji u ħbieb.

poster pawlu cassar