Join Us On:

News Archive

KOLLOX LEST GĦAL ROCKASTRA 2015

RockAstra 2015 poster

Kollox jinsab lest, hekk kif ninsabu biss ġurnata il-bogħod mit-tielet edizzjoni tal-kunċert RockAstra. Kif ħabbarnilkom xi ftit tal-jiem ilu l-kunċert hu skedat għal-għada il-Ġimgħa 5 ta Ġunju lejlet festa nazzjonali u għat-tieni sena konsekuttiva ħa jsir fi Triq ir-Repubblika. Wara ġimgħat ta’ preparazzjoni il-Banda Ċittadina La Stella taħt id-direzzjoni ta’ Mro Sigmund Mifsud tinsab lesta biex għal sena oħra toffri spettaklu liema bħalu  lil dawk preżenti. Flimkien mal-banda tagħna ser jieħu sehem ukoll il-kor tat-tfal Piccole Stelle kif ukoll il-kantanti mistiedna Ludwig Galea, Gloriana u Mikaela. Il-line up ta’ din is-sena jinkludi siltiet popolari ta’ kantanti bħal John Lennon, Paul McCartney, Freddy Mercury, Zucchero u Deep Purple.

Il-kunċert jibda fid-9pm u d-dħul huwa b’xejn. Dawk li ħa jkunu preżenti huma ġentilment mitluba jkunu bilqiegħda tal-anqas ħmistax  –il minuta qabel ma’ jibda l-kunċert.