Join Us On:

News Archive

JUM IL-PUSSESS…aktar ritratti

Nhar il-Ħadd li għadda, il-komunità parrokkjali ta’ San Ġorġ, fil-belt Victoria, ingħaqdet mar-Ragħaj il-ġdid tagħha f’jum il-pussess tiegħu bħala arċipriet tal-parroċċa Ġorġjana.

Illum ser inkomplu nġibu aktar ritratti ta’ dan il-jum tant speċjali għall-parroċċa tagħna.

Intant, iċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mal-pussess ta’ l-arċipriet Mons. Pawlu Cardona għadhom għaddejjin. Proprju llejla, ser issir laqgħa għall-familji Ġorġjani ma’ l-arċipriet fis-sala taċ¬-ċentru parrokkjali. Għada jkun imiss konċelebrazzjoni pontifikali oħra ppreseduta mill-E.T. Mons. Mario Grech, isqof ta’ Għawdex u dekan tal-kolleġġjata Ġorġjana, fis-solennità tad-dedikazzjoni ta’ l-Arċibażilika tal-Lateran. Din il-konċelebrazzjoni pontifikali tibda fis-6.00pm. Is-Sibt, l-Arċipriet il-ġdid ser jiltaqa’ maż-żgħażagħ tal-parroċċa tagħna, waqt laqgħa organizzata mill-grupp taż-żgħażagħ 23four. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur ukoll is-sit uffiċċjali tal-bażilika ta’ San Ġorġ, www.stgeorge.org.mt

[ritratti: Joe Attard ©]