Join Us On:

News Archive

IT-TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL FIL-FESTA TA’ SAN ĠORĠ

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tixtieq tagħmel referenza għat-tiġrijiet tradizzjonali taż-żwiemel tal-festa ta’ San Ġorġ li kienu skedati għat-Tnejn 9 ta’ Lulju 2012 fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Victoria.
 
Filwaqt li tippreċiża li l-permessi biex dawn it-tiġrijiet setgħu jsiru, ġew mogħtija minn Transport Malta u mill-Pulizija, fiċ-ċirkostanzi preżenti meta x-xogħlijiet fuq il-wiċċ tat-triq kien għadu kemm intemm ftit ġranet biss qabel l-attività, fuq parir legali li ngħatat, is- Soċjetà Filarmonika La Stella ħassret it-tiġrijiet għal din is-sena minħabba li kull ħsara potenzjali li setgħet issir fuq il-wiċċ tat-triq kienet ser tesponi lill-Kumitat tas-Soċjetà La Stella għall-ispejjeż tat-tiswija ta’ l-istess ħsara, li fiċ-ċirkostanzi ġew ikkalkulati bħala probabbli u sproporzjonati.
 
Filwaqt li s-Soċjetà La Stella tirringrzzja lil-awtoritajiet tal-kollaborazzjoni biex il-permessi neċessarji ġew maħruġa, ser tkompli taħdem biex fis-snin li ġejjin it-tiġrijet tradizzjonali taż-żwiemel fil-festa ta’ San Ġorġ ikomplu jkunu l-appuntament l-aktar importanti għad-dilettanti tat-tiġrijiet taż-żwiemel fil-festi tal-gżejjer Maltin.