Join Us On:

News Archive

IT-TIENI EDIZZJONI TAL-FESTIVAL KANTAMAGĦNA FIT-TEATRU ASTRA

Gail Attard hija r-rebbieħa tat-tieni edizzjoni tal-Festival Kantamagħna li saret fit-Teatru Astra nhar is-Sibt 9 ta’ Jannar 2021 quddiem udjenza ridotta skont id-direttivi maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Il-festival Kantamagħna huwa organizzat minn DCapitals Big Band bis-sapport tad-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u Distinct Homes Ltd. Għal dan il-festival ħadu sehem 24 finalist li ġew magħżula fost 88 applikazzjoni. Dawn ġew maqsuma fi tliet kategoriji skont l-età. Kategorija A għal kantanti bejn 10 u 13-il sena; Kategorija B għal kantanti bejn 14 u 17-il sena u Kategorija Ċ għal kantanti bejn 18 u 30 sena. Ir-rebbieħa ta’ kull kategorija kienu dawn:

Rebbieħa Kategorija A: Eliza Stellini

It-tieni post Kat. A: Julia Ricci Costa

Rebbieħa Kategorija B: Julia Azzopardi

It-tieni post Kat. B: Riona Degiorgio

Ir-Rebbieħa Kategorija C: Gail Attard

It-tieni post Kat. C: Danica Muscat

Eliza Stellini rebħet ukoll id-Distinct Talent Award. Għal dan il-premju vvutaw il-membri tal-band, filwaqt li għall-kumplament tal-premijiet ivvutaw ġurija magħmula minn tliet kantanti stabbiliti Nadine Axisa, Ruth Portelli u Fabrizio Faniello. Gail Attard ta’ 19-il sena ġiet magħżula bħala r-Rebbieħa “overall” tal-Festival.

Il-kantanti kollha kienu akkumpanjati minn DCapitals Big Band li kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast George Apap.

Il-festival ġie ppreżentat minn Clara Sciberras u Fabian Demicoli.

Ritratti: Joe Attard