Join Us On:

News Archive

IT-TEATRU MANOEL U T-TEATRU ASTRA INDIEDU “WORKSHOP” TAL- OPRA FTIT JIEM QABEL L-AIDA

It-Teatru Astra għadu kif ħabbar l-aħħar minn sensiela ta’ inizjattivi fil-kamp edukattiv, “Behind the Opera Curtain”.  Din hija attività ta’ “workshop” fejn fiha t-Teatru Astra jippreżenta kemm id-direttur artikstiku kif ukoll dak mużikali.  Din l-inizjattiva hija immirata għal dawk dilettanti tal-opra, klijietni tal-istess teatri kif ukoll studenti.  L-“workshop” se jsir t-Teatru Manoel, l-Sudio Theatre, it-Tnejn 17 ta’ Ottubru 2016 fis-7pm.

Id-direttur Artistiku, Enrico Stinchelli u d-Direttur Mużikali, Joseph Vella se jkunu qed jaqsmu mal-udjenza ideat u esperjenzi tagħhom tal-opra AIDA li t-Teatru Astra qed itella għat-tielet darba.  Matul din l-inizjattiva, se tkunu qegħda issir emfasi fuq il-Kor tat-Teatru Astra immexxi minn Dr Maria Frendo. Enrico Stinchelli, li huwa espert fl-istorja tal-opra, se jkun qed iwassal temi dwar l-Aida speċjalment kif evolviet matul l-aħħar deċenji.  Huwa se jagħti lil udjenza xi interpretatzzjonijiet importanti mill-opra.

Din l-inizjattiva, li hija issaportjata mill-Bank of Valletta, se jkollha d-dħul b’xejn. Naturalment minħabba spazju limitat huwa importanti li wieħed jibbukkja fuq 2124 6389 jew www.teatrumanoel.com.mt jew bl-email [email protected]

AIDA tifforma parti mill-ħmistax –il edizzjoni ta’ Festival Mediterranea, li huwa festival uniku għal-gzejjer Maltin, fejn tiġi esposta l-kultura ta’ pajjiżni anke’ bil-produzzjoni tal-opra lirika.  Is-sit elettroniku  www.teatruastra.org.mt joffri l-opportunità biex wieħed jibbukkja online u jiġi nfurmat b’dak kollu li jkun għaddej fil-festival. L-opra AIDA hija ssaprtjata wkoll mill- Gozo Cultural Support Programme.

It-Teatru Manoel għandu tradizzjoni twila ta’ produzzjonijiet tal-opra, għalkemm fuq skala different minn dawk ippreżentati fit-Teatru Astra.  It-Teatru, li jmur lura sal-1730 għandu palk kbir biss 7 bi 11 il-metru u post tal-orkestra, kemmxejn żgħir, 7 bi 3 metri.  L-opri li jiġu ppreżentati f’dan it-teatru huma differenti minn dawk ta’ teatri oħra ibbażati fuq l-istil u tradizzjoi Verdinjana.  Jibqa l-fatt madanakollu li t-Teatru Manoel jibqa’ waħda mill-ġawhriet li għandu pajjiżna.

Fl-aħħar snin it-Teatru Manoel ippreżenta l-opra ta’ Purcell,  Dido u Aeneas u Orpheus in the Underworld ta’ Offenbach. Iż-żewġ inizjattivi saru bil-ħidma ta’ Valletta 2018 Foundation u t-tearu, fejn ġie involut ukoll t-Teatru Manoel Youth Opera. L-aħħar tlett opri prodotti fit-Teatru Manoel kienu Mozart’s ‘Clemenza di Tito’, Donizetti’s ‘L’Elisir d’Amore’ and Gluck’s, ‘Orphee et Eurydice’. F’Marzu 2017 it-Teatru Manoel se jippreżenta Mozart’s ‘Le Nozze di Figaro’.

Għal aktar informazzjoni u biex wieħed jibbukkja żuru www.teatrumanoel.com.mt.

teatru-manoel-2016