Join Us On:

News Archive

IT-TEATRU ASTRA JĦABBAR IL-MUSICAL ‘SISTER ACT’

It-Teatru Astra jhabbar il-musical ‘Sister Act’

It-Teatru Astra, bi pjaċir iħabbar il-ħames musical live konsekuttiv. Għall-istaġun li jmiss, l-Astra se jkompli jiddiversifika r-repertorju ta’ ġeneri tiegħu permezz tal-musical ‘Sister Act’, suċċess Amerikan maħruġ bħala film fl-1992, u maqlub għal musical iktar riċenti, fejn kiser kull rekord ta’ popolarità.

L-istorja hi ambjentata f’Philadelphia, fis-snin sebgħin, fejn naraw kif l-ambizzjonijiet ta’ kantanta fid-diskoteki, Deloris Van Cartier, ġew imkissra hekk kif qabdet lill-għarus tagħha, Curtis,  jikkommetti omiċidju. Imkissra wara dan l-att, Deloris tmur għand il-pulizija, li jaħbuha f’kunvent tas-sorijiet bħala protezzjoni, sakemm Curits jinġieb quddiem il-ġustizzja. Il-ħajja restrinġenti tal-kunvent xejn ma tinsel tajjeb ma Deloris, li kienet imdorrija bi stili differenti. Madankollu, ssib rifuġju fil-kor tas-sorijiet, li kif skopriet minnufiħ, xejn ma kien magħruf għall-kwalita’ tiegħu. Hemmhekk tinnota li ħafna mis-sorijiet, filfatt taf tingwalaha tajjeb ħafna magħhom. Deloris tuża t-talenti mużikali tagħha sabiex tispira lis-sorjiet l-oħrajn, u tbiddel il-kor f’wieħed ferm iktar kontemporanju, li jikseb popolarita’ mmensa fil-belt. Curtis u n-nies tiegħu, malajr semgħu b’dan is-suċċess, li jerġgħu jitfaċċaw fix-xena sabiex jitħallsu minn Deloris. Madankollu, jsibu ruħhom f’kumbattiment ma ċorma sorjiet ifferoċjati, inkluż il-madre superjura.

Fuq kompożizzjoni ta; Alan Menken, u lirika ta’ Glenn Slater, ‘Sister Act’ ġiet inawgurata f’ California fl-2006, fejn kisret kull rekord, u saret l-iktar spettaklu popolari fil-lokal. Il-musical ġie deskritt bħala suċċess klassiku immedjat u spettaklu enormi minn gazzetti bħal Los Angeles Times, u The Hollywood Reporter. Dan is-suċċess kien il-fattur prinċipali sabiex ftit tas-snin wara, fl-2009, ‘Sister Act’ fetħet ukoll fil-West End ta’ Londra, fil-London Palladium, b’uħud mill-ikbar stilel fil-qasam tal-pop inklużi fil-‘cast’.

‘Sister Act’ se tinżamm f’Marzu 2020, fit-Teatru Astra, Victoria – Għawdex nhar il-20, 21 u 22 ta’ Marzu 2020. Wara s-suċċessi tal-passat, Chris Gatt se jerġa jieħu r-rwol ta’ direttur artistiku, filwaqt li Sigmund Mifsud se jkun direttur mużikali, Mariella Spiteri Cefai d-direttriċi tal-kor u Franceso Nicodeme r-responsabbli tal-koreografija.

Booking hu miftuħ u l-biljetti għat-tlett rappreżentazzjonijiet li hu skedati sa issa jistgħu jinkisbu minn fuq www.ticketline.com.mt.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb ukoll fuq +356 79244048.

SA A3 version portrait