Join Us On:

News Archive

IT-TEATRU ASTRA JĦABBAR IL-KANTANTI PRINĊIPALI GĦALL-OPRA OTELLO

poster A3A

It-tnax –il edizzjoni ta’ Fesitval Mediterranea se tiftaħ bil-produzzjoni ta’ Giuseppe Verdi, Otello.  Dan il-festival huwa festa ta’ kultura bl-iskop li jservi ta’ vetrina għal Għawdex u l-wirt kulturali tiegħu w li jinkludi xalata ta’ produzzjonijiet tal-opra, mużika, storja, arkeoloġija, snajja u tradizzjonijiet.  L-opra Otello se tittella fl-24  u s-26 ta’ Ottubru, eżattament għaxar snin l-aħħar rappreżentazzjoni tal-istess opra fit-Teatru Astra.

Għal George Bernard Shaw Otello “is a play written by Shakespeare in the style of Italian opera.” Verdi rnexxielu jagħmel biċċa xogħol ġdida filwaqt li żamm l-oriġinalità tad-dramm.  U naturalment biex tagħmel hekk trid tkun ġenju tal-mużika !   Dan kollu se jkun propost lid-dilettanti tal-opra fir-rappreżentazzjoni li se ssir fit-Teatru Astra, fejn l-parti ta’ Otello se jagħmila tenur importanti fid-dinja tal-opra, Maizuradze Badri; Desdemona se tagħmilha is-sopran Miriam Cauchi li naturlament ma għandha bżonn ebda ntroduzzjoni fit-Teatru Astra w l-parti mportanti ta’ Jago se tkun fdata f’idejn il-baritonu Alessandro Paliaga.  Ir-rwol ta’ Emilia se jitkanta minn Olga Slepnyova fejn is-sena l-oħra kellha suċċess kbir fil-parti ta’ Suzuki f’Madama Butterfly, u dik ta Lodovico se tkun nterpretata mill-baxx Franco De Grandis li kellu suċċess kbir fil-passat fil-partijiet ta’ Banquo, Timur u Sparafucile f’Macbeth, Turandot u Rigoletto rispettivament fl-aħħar snin fit-Teatru Astra

L-opra Otello hija għaġna ta’ poter u grazzja, ta’ vendetta u mħabba.  It-Teatru Astra dejjem ippreżenta opri ta’ livell għoli u ta’ dan hija xhieda l-konkorrenza tal-pubbliku li minn sena għal oħra timla t-teatru fiż-żewġ serati.

B’tim mill-aqwa immexxi mid-direttur artistiku Enrico Stinchelli, li issa se jkun qed jaħdem fit-tielet opra konsekuttiva fit-Teatru Astra, ix-xenografu Joseph Cauchi u l-kollaboraturi tiegħu, Donald Micallef bħala stage manager, George Zammit u Ismael Portelli fuq id-dawl, l-iminitabbli kor tal-opra tat-Teatru Astra, mmexxi minn Maria Frendo, il-kostumista Manuel Grima asstit mit-tim tiegħu w naturalment bit-tmexxija tad-direttur artistiku ta’ Mediterranea Joseph Vella, wieħed jistenna li se jkun hemm suċċess ieħor kbir.  Kun parti minn dan is-suċċess u aċċerta li fl-24 jew 26 ta’ Ottubru tkun fis-sala tat-Teatru Astra.

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, immexxija minn Marcelline Agius, għal darba oħra se tkun parteċipi f’din l-opra taħt id-direzzjoni mużikali ta’ Joseph Vella, li huwa wkoll d-direttur artistiku ta’ Festival Mediterranea.

Il-Booking huwa miftuħ.  Wieħed jista’ jċempel fuq 21550985, 79256897 jew jibgħat email fuq [email protected].  Fil-jiem li ġejjin se jkun hemm updates regolari fuq il-website tal-festival www.mediterranea.com.mt.

L-opra fit-Teatru Astra qed issir b’għajnuna minn Fondi Pubbliċi permezz ta’ Ftehim għal Partnership Kulturali mal-Gvern ta’ Malta

OTELLO 2003 (4)  OTELLO 2003 (2)

Badri_Maisuradze_Otelo 94440 Miriam_Cauchi