Join Us On:

News Archive

IT-TEATRU ASTRA JAGĦZEL L-OPRA OTELLO GĦALL-2013

Il-Bieraħ tħabbar b’mod uffiċjali li t-Teatru Astra s-sena d-dieħla se jtella’ l-opra ta’ Verdi, Otello, ritorn wara li ġa saret fl-2003.

Intant, il-bieraħ Madama Butterfly kienet suċċess kbir, liema suċċess se jibqa’ mnaqqax fl-istorja tat-Teatru Astra u tas-Soċjetà.  L-udjenza kellha kliem ta’ tifħir għall-mod kif għal darba oħra lħaqna livelli għolja ħafna. Bħalma ħabbarna qabel, il-bieraħ konna Fully Booked, u s-serata ta’ għada ilha Fully Booked għal diversi ġimgħat.  Jiddispjaċina għall-għexieren ta’ nies li għadhom ġejjin biex jixtru l-biljetti sa dalgħodu stess għax it-Teatru huwa mimli kullimkien.

Ritratti tal-bieraħ u aktar dettalji nagħtuhomkom aktar tard. 

Intant il-lejla fit-8 pm għandna l-ispettaklu uniku ġewwa Kempinski San Lawrenz Hotel, Tango Emocion.  Baqa’ biss ftit biljetti. Ċemplu fuq 79256897 jew 99883007.