Join Us On:

News Archive

IS-SURMAST VELLA BARRA MINN MALTA

Wara s-suċċess ta’ Settembru li għadda fi Franza, is-Surmast tal-Banda tagħna, l-Prof. Mro. Joseph Vella, ġie mistieden f’Pistoia, l-Italja,  biex jitkellem fuq diversi kompożizzjonijiet tiegħu.  Minbarra l-lecture huwa semma’ biċċiet mix-xogħolijiet tiegħu fosthom Symphony No. 3 (The Apocalypse Verses) u s-Song Cycle Seher, peress li l-udjenza xtaqet tisma’ kanzunetta bil-lingwa Maltija.

Wara din it-taħdita, sar kunċert iddedikat lix-xogħolijiet tiegħu, fis-Sala dei Concerti tas-Scuola di Musica Mabellini.  Fil-kunċert indaqqu seba’ biċċiet mix-xogħolijiet tiegħu.  Dan l-avveniment kien irrappurtat ukoll minn ħafna gazzetti lokali.  Il-kunċert għalaq festival li kien ilu sejjer ġimgħa u li kien jismu Ottobreuropa 2011.

Fi ftit ġimgħat oħra s-Surmast Vella għandu appuntament internazzjonali ieħor importanti f’Oslo fin-Norveġja.

Ritratti:
1 –  Mro Joseph Vella waqt il-conversazione
2 –  Il-Vjolinista Marco Corsini qabel l-eżekuzzjoni tal-Monologo
3 –  Il-Pjanista Alessandro Dumas is-6 Preludes