Join Us On:

News Archive

IS-SURMAST PROF. JOSEPH VELLA F’OSLO

Fl-aħħar ġimgħa ta’ Novembru is-Surmast Direttur tal-Banda Ċittadina La Stella il-Prof. Joseph Vella kien mistieden f’Oslo, in-Norveġja minn National Music Teachers Association, li ta’ kull sena torganizza kompetizzjoni għall-mużiċisti żgħażagħ fejn jintgħażel il-mużiċist tas-sena. F’din il-kompetizzjoni jieħdu sehem mhux biss solisti imma wkoll, gruppi trios, quartets u anke quintets li jdoqqu f’dixxiplini varji.
 
Is-Surmast Vella kien ic-chairman tal-ġurija ta’ dan l-avveniment importanti, fejn l-ewwel premju fost affarijiet oħra jikkonsisti f’rigal ta’ €50,000.
 
Barra mis-Surmast Vella l-ġurija kellha personalitatjiet oħrajn fosthom Ragnhild Heiland Sorensen, s-sopran tal-post tal-Opera House tan-Norveġja u Liv Glaser pjanista rinomata. Fl-okkażjoni msemmija l-ġurija ddikjarat rebbieħ lit-trio Patetico. Is-Surmast Vella kien impressjonat ħafna bil-livell għoli li kien hemm fost il-mużiċisti u qal li kien diffiċli ħafna biex jintgħażel l-aħjar.

Parteċipazzjonjiet bħal dawn jagħmlu unur mhux biss lis-Surmast Prof. Joseph Vella, imma lis-Soċjetà tagħna kollha. Prosit tassew.