Join Us On:

News Archive

IS-SUR PAUL M CASSAR -PRESIDENT TAS-SOĊ. FILAR. LA STELLA

Ritratt Paul M. Cassar3

Waqt elezzjoni li saret il-Ħadd 9 ta’ Marzu 2014, is-Sur Paul M. Cassar ġie elett President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella tal-Belt Victoria – kariga li kienet konestata biss mill-persuna eletta.  L-elezzjoni tal-President hi stipulata mill-Istatut tas-Soċjetà Filarmonika La Stella u ssegwi l-elezzjoni għall-Kumitat Ġenerali li saret nhar il-Ħadd li għadda.  Is-sur Cassar hu meqjus bħala figura mill-aktar importanti fl-istorja reċenti kemm tas-Soċjetà u l-Banda La Stella kif ukoll tal-Bażilika u l-Parroċċa ta’ San Ġorġ.  Bejn l-1955 u l-1995 kien membru fil-Kumitat tas-Soċjetà La Stella fejn fost l-oħrjan kellhu sehem ewlieni fil-bini tal-kumpless tal-Kazin La Stella u t-Teatru Astra. Kien fost il-promoturi biex sar it-tkabbar ta’ Pjazza San Ġorġ, għat-trasferiment tal-festa ta’ San Ġorġ f’Lulju kif ukoll għall-avvanzi onorifiċi li kisbet il-parroċċa ta’ San Ġorġ mis-separazzjoni sat-twaqqif tagħha bħala kolleġġjata urbana.  Bejn l-1958 u l-1961 kien elett membru fl-ewwel kumitat tal-Gozo Civic Council għall-Belt Victoria.  Aktar reċenti, fis-sena 2000 ġie elett Sindku tal-Belt Victoria, kariga li dam jokkupa sal-2003.  Is-Sur Cassar hu wkoll Kavallier tal-Ordni Ekwestri tas-Ssmu. Sepulkru. Fuq livell professjonali hu kien il-Biblijotekarju t’Għawdex bejn l-1952 u l-1994.

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tifraħ bl-aħbar ta’ din il-ħatra u tawgura lis-Sur Pawlu Cassar aktar ħidma fi ħdan is-Soċjetà Mużikali prinċipali ta’ Għawdex.