Join Us On:

News Archive

IS-SOĊJETA LA STELLA TIFRAĦ LIL DR MARIA FRENDO

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella ssellem u tifraħ lil Dr Maria Frendo fl-okkażjoni ta’ għoti tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu mill-President ta’ Malta Dr George Abela f’Jum ir-Repubblika, il-Hamis 13 ta’ Dicembru 2012.  Dan il-ġest ma huwiex biss rikonoxximent dovut, fuq livell nazzjonali, għall-ħidma professjonali u artiska ta’ Dr Frendo, imma wkoll unur għat-Teatru Astra u s-Soċjetà Filarmonika La Stella, li fi ħdanhom Maria twettaq il-ħidma tagħha – speċjalment dik ta’ direttur tal-kor tal-opra tat-Teatru Astra li fl-aħħar snin kien protagonist fis-suċċessi li kiseb l-istess teatru.

Minn din il-paġna s-Soċjetà Filarmonika La Stella tixtieq tifraħ ukoll lil Patri Edigio Mizzi u lis-Sur Victor Borg li fl-istess okkażjoni ħadu l-istess unur.