Join Us On:

News Archive

IS-SIEGĦA TAL-MARTRI

poster

Nhar is-Sibt li ġej, 22 ta’ Frar 2014, fit-8.00pm, fil-Bażilika ta’ San Ġorġ sa tinżamm it-tieni ċelebrazzjoni Is-Siegħa tal-Martri, li l-Parroċċa tagħna qed torganizza fl-okkażjoni tal-175 anniversarju ta’ l-istatwa titulari ta’ San Ġorġ.  Iċ-ċelebrazzjoni, li ddum biss sittin minuta, tkun immexxija mis-saċerdot żagħżugħ Dun Richard N. Farrugia, u wara jkun hemm bibita fiċ-Ċentru Parrokkjali.

Dawk li attendew għall-ewwel ċelebrazzjoni (minkejja l-maltemp li kien!) esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għal din is-siegħa sabiħa li qattajna flimkien, fejn qsamna mumenti ta’ talb u smajna katekeżi mill-isbaħ ispirata mill-istatwa titulari li aħna tant ngħożżu.

Ċerti li t-tieni ċ-ċelebrazzjoniji m’hix ħa tkun b’inqas!

 Nittamaw li narawk, u ġib miegħek lill-familjari u l-ħbieb.