Join Us On:

News Archive

IS-SIEGĦA TAL-MARTRI

poster

Illum is-Sibt, 15 ta’ Marzu 2014, fit-8.00pm, fil-Bażilika ta’ San Ġorġ sa tinżamm l-aħħar ċelebrazzjoni Is-Siegħa tal-Martri, li l-Parroċċa tagħna qed torganizza fl-okkażjoni tal-175 anniversarju ta’ l-istatwa titulari ta’ San Ġorġ.  Iċ-ċelebrazzjoni, li ddum biss sittin minuta, tkun immexxija mis-saċerdot żagħżugħ Dun Richard N. Farrugia.

Dawk li attendew għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ qabel esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għal dawn il-mumenti li qattajna flimkien, fejn qsamna mumenti ta’ talb u smajna katekeżi mill-isbaħ ispirata mill-istatwa titulari li aħna tant ngħożżu.

Nittamaw li narawk, u ġib miegħek lill-familjari u l-ħbieb.